Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali fl-UE

L-UE tipprovdi regoli komuni biex tipproteġi d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek meta tivvjaġġa fl-Ewropa (EU 27 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera). Hemm regoli speċifiċi ta’ koordinazzjoni fis-seħħ fir-rigward tar-Renju Unit. Ir-regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali ma jiħdux post is-sistemi nazzjonali b'regola Ewropea waħda. Il-pajjiżi kollha huma liberi li jagħżlu min għandu jkun assigurat taħt liema leġiżlazzjoni, liema benefiċċji jingħataw u taħt liema kundizzjonijiet.

Għal min japplikaw dawn ir-regoli?

L-erba' prinċipji ewlenin

  1. Inti kopert mil-leġiżlazzjoni ta' pajjiż wieħed biss kull darba biex b'hekk tħallas il-kontribuzzjonijiet f'pajjiż wieħed Id-Deċiżjoni dwar il-leġiżlazzjoni ta’ liema pajjiż tapplika għalik issir mill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Ma tistax tagħżel int.
    Sib liema regoli japplikaw għalik
  2. Għandek l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tkun kopert. Dan hu magħruf bħala l-prinċipju tat-trattament ugwali jew tan-nondiskriminazzjoni.
  3. Jekk ikun hemm bżonn meta titlob benefiċċju, il-perjodi preċedenti ta' assigurazzjoni, impjieg jew residenza f'pajjiżi oħra jiġu kkunsidrati.
  4. Jekk int intitolat għal benefiċċju f'kontanti minn pajjiż wieħed, ġeneralment tirċevih anke meta tkun qed tgħix f'pajjiż differenti. Dan huwa magħruf bħala l-prinċipju tal-esportabbiltà.

Aktar informazzjoni

Mill-1 ta' Mejju 2010 jibdew japplikaw Regolamenti ġodda dwar il-koordinazzjoni mmodernizzata (Regolamenti 883/2004 u 987/2009). Iċċekkja l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif.  Sib iktar informazzjoni dwar ir-regoli tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż li jinteressak.

Fit-13 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Bħalissa l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE qegħdin jiddiskutu din il-proposta.

Għandek bżonn aktar għajnuna?

Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? 

Agħmel il-mistoqsija tiegħek permezz ta’ Europe Direct 00800 6 7 8 9 10 11
Solvi l-problemi ma’ amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Ikseb parir legali mis-Servizz ta’ Pariri tal-Your Europe

Ixxerja din il-paġna