Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

11/11/2015
Gwida mhux vinkolanti għall-prattika tajba għall-implimentazzjoni tad- Direttiva 2013/35/UE Kampi Elettromanjetiċi - It-Tieni Volum: Studji ta’ Każijiet

Gwida mhux vinkolanti għall-prattika tajba għall-implimentazzjoni tad- Direttiva 2013/35/UE Kampi Elettromanjetiċi - It-Tieni Volum: Studji ta’ Każijiet

Id-Direttiva 2013/35/UE tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tas-sikurezza rigward l-esponiment tal-ħaddiema għal riskji minn kampi elettromanjetiċi (EMF). Din il-gwida prattika tħejjiet sabiex tassisti lill-impjegaturi, b’mod partikolari lil impriżi żgħar u medji, sabiex jifhmu x’ser ikollhom bżonn jagħmlu biex jikkonformaw mad-Direttiva. Madankollu, tista’ tkun siewja wkoll għal ħaddiema, rappreżentanti tal-ħaddiema u awtoritajiet regolatorji fl-Istati Membri. Din il-gwida prattika hija magħmula minn żewġ volumi u minn gwida speċifika għall-SMEs. L-Ewwel Volum tal-gwida prattika jipprovdi pariri dwar kif issir il-valutazzjoni tar-riskji u aktar pariri dwar l-għażliet li jistgħu jkunu disponibbli meta l-impjegaturi jkollhom bżonn jimplimentaw miżuri protettivi jew preventivi addizzjonali.
It-Tieni Volum jippreżenta tnax-il studju tal-każ li juru lill-impjegaturi kif jagħmlu l-valutazzjonijiet u juru wħud mill-miżuri preventivi u protettivi li jistgħu jintgħażlu u jiġu implimentati. L-istudji tal-każijiet huma ppreżentati fil-kuntest ta’ postijiet tax-xogħol ġeneriċi, iżda ġew ikkumpilati minn sitwazzjonijiet tax-xogħol veri. Il-gwida għall-SMEs ser tgħinek tagħmel valutazzjoni inizjali tar-riskji mill-EMF fuq il-post tax-xogħol tiegħek. Fuq il-bażi tar-riżultat ta’ din il-valutazzjoni, ser tgħinek tiddeċiedi jekk għandekx bżonn tieħu azzjoni ulterjuri bħala riżultat tad-Direttiva dwar l-EMF. Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli fil-format elettroniku fl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE.

Catalog N. : KE-04-15-141-MT-N

Disponibbli f'  EU Publications

Ixxerja din il-paġna