Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

L-Olanda

Emerġenza

Ċempel il-112

Zilveren Kruis
Tel: +31 33 445 68 70 
Email: gbr@zilverenkruis.nl


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Biex tagħmel użu mill-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek, trid tikkonsulta tabib irreġistrat li jaħdem fl-iskema tal-kura tas-saħħa pubblika Netherlandiża.

Dentisti

  • Il-kura tas-snien tal-istat hi disponibbli għat-tfal biss.
  • L-adulti jridu jħallsu għall-kura tas-snien, u din ma tiġix rimborżata fin-Netherlands.
  • Jekk il-kura tas-snien hija koperta f'pajjiżek, il-fornitur tal-assikurazzjoni tiegħek se jirrimborżak.

Kura fi sptar

  • Jekk tiddaħħal l-isptar (f'emerġenza) ikollok tippreżenta l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek.

Riċetti tat-tabib

  • F'ċerti każi għandu mnejn ikollok tħallas xi tariffi. Għandek titkellem mal-ispiżjar tiegħek dwar kwistjonijiet ta' kopertura.
  • Jekk ikollok tħallas spejjeż li ma jkunux rimborżabbli fin-Netherlands, dejjem tista' tistaqsi lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa f'pajjiżek jekk intix eleġibbli għar-rimborż.

Ambulanza

  • Is-servizz tal-ambulanza hu bla ħlas, jekk it-tabib jaqbel li dan huwa neċessarju.

Ambulanza bl-ajru

  • Jekk ikun hemm bżonn jintbagħat ħelicopter apposta tat-trawma.

Rimborż

  • Tista' tikkuntattja l-uffiċċju ta' Zilveren Kruis fin-Netherlands biex titlob rimborż.
Zilveren Kruis, Groep Buitenlands Recht
Postbus 650
7300 AR Apeldoorn
Tel: + 31 33 445 68 70
E-mail: gbr@zilverenkruis.nl
  • Jekk ma rnexxilekx tibgħat talba għar-rimborż waqt iż-żjara tiegħek, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tasal lura f'pajjiżek.
  • L-assikuratur tas-saħħa nazzjonali tiegħek jista' jikkuntattja lil Zilveren Kruis. Int intitolat għal rimborż abbażi ta' tariffi li Zilveren Kruis normalment iħallas lill-fornitur tal-kura tas-saħħa skont il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

Trid tħallas kopagament għal

  • xi mediċini,
  • il-kura tal-maternità,
  • it-trasport tal-pazjent b'karozza, taksi jew trasport pubbliku,
  • il-fiżjoterapija,
  • l-apparat mediku,
  • ċerti forom ta' kura fit-tul.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Għandek bżonn riferiment mingħand it-tabib tal-familja tiegħek jew speċjalista.
  • Qed iżżur in-Netherlands bl-għan li tirċievi kura? Jekk hu hekk għandek bżonn il-formola S2 (li tingħata mingħand il-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek).

Kif napplika għal EHIC?

Tista’ titlob l-EHIC mingħand l-assikuratur tal-kura tas-saħħa tiegħek stess.

Fejn jaċċettaw l-EHIC

Il-fornituri tal-kura tas-saħħa u l-isptarijiet kollha fin-Netherlands għandhom jaċċettaw l-EHIC.

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fin-Netherlands

Jekk titlef l-EHIC, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek.

Ixxerja din il-paġna