Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Malta

Emerġenza
Ċempel il-112

Istituzzjoni kompetenti
Il-Ministeru għas-Saħħa - Id-Dipartiment għall-Politika fis-Saħħa
Tel: +356 25952400
Email: entitlement.health@gov.mt

Għal mistoqsijiet dwar il-kura tas-saħħa waqt li tkun Malta, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Id-Dipartiment għall-Politika fis-Saħħa - Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa
Ground Floor
Ex-Outpatients’ Block
St Luke’s Hospital
G’Mangia PTA 1010
Tel: +356 2595 2400
e-mail: entitlement.health@gov.mt
Sit web: www.ehic.gov.mt


Kura, kopertura u spejjeż

Jekk teħtieġ kura medika urġenti/neċessarja waqt li tkun qed toqgħod Malta b’mod temporanju, jekk jogħġbok ippreżenta Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) valida. Il-karta tagħtik aċċess għal kura tas-saħħa pprovduta mill-istat fiċ-ċentri tas-saħħa pubblika elenkati hawn taħt.

Jekk qed tippjana li toqgħod Malta għal aktar żmien (pereżempju bħala ħaddiem stazzjonat jew pensjonant) l-istituzzjoni kompetenti attwali tiegħek għandha tibgħat S1 lill-istituzzjoni kompetenti ta’ Malta, li mbagħad toħroġ Ċertifikat ta’ Intitolament.

Għandek tippreżenta l-Karta tal-Identità ta’ Malta kull meta jkollok bżonn l-aċċess għas-servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa.

Servizzi Mediċi

  • Is-servizzi mediċi jingħataw bla ħlas fl-isptarijiet tas-saħħa pubblika u fiċ-ċentri tal-kura tas-saħħa lill-persuni kollha bl-assigurazzjoni jew li huma koperti mill-kopertura tal-kura tas-saħħa meta jippreżentaw dokumentazzjoni valida.
  • Trid tippreżenta Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) valida jew Ċertifikat ta’ Sostituzzjoni Provviżorju meta tuża s-servizzi pprovduti minn dawn il-faċilitajiet.
  • Jekk ma tippreżentax wieħed minn dawn id-dokumenti, se jkollok tħallas għas-servizzi mogħtija mis-servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa f’Malta.
  • Ċentri tas-saħħa pubbliċi f'Malta

Dentisti

  • It-trattament tas-snien ta’ emerġenza jingħata bla ħlas fl-Isptar Mater Dei l-Imsida u fiċ-ċentri tas-saħħa.
  • Il-kura tas-snien ta’ rutina u mhux urġenti tingħata privatament. Se jkollok tħallas int għal dawn it-tipi ta’ kura tas-snien. Dawn l-ispejjeż ma jiġux rimborżati.

Trattament fi sptar

  • It-trattament ta’ emerġenza akuta jingħata fi
  • Fil-każ ta’ emerġenza akuta,
    • ċempel il-112 għal ambulanza, jew
    • mur dritt fid-Dipartiment tal-Aċċidenti u l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei jew fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.

Riċetti tat-tabib

  • Kwalunkwe mediċina miktuba matul trattament in-patient, u għall-ewwel tlett ijiem wara li toħroġ mill-isptar, hija bla ħlas.
  • Ikollok tħallas il-prezz sħiħ għal kwalunkwe mediċina miktuba wara dan il-perjodu. Dawn l-ispejjeż ma jiġux rimborżati.

Ambulanza

  • F’każ ta’ emerġenza, it-trasport bl-ambulanza lejn l-isptar hu kopert mill-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC)

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Tfittxija għas-Siti dwar is-Saħħa


Rimborż

  • Jekk teħtieġ tiġi rimborżat għal xi spejjeż imġarrba għall-kura medika mogħtija mis-Sistema tal-Kura tas-Saħħa waqt li kont Malta, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Il-Ministeru għas-Saħħa
Id-Dipartiment għall-Politika fis-Saħħa - Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa
Id-Direttorat tal-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa
Ground Floor
Ex-Outpatients’ Block
St Luke’s Hospital
G’Mangia PTA 1010
Tel: +356 2595 2400
e-mail: entitlement.health@gov.mt


Kontribuzzjoni tal-pazjent

F'Malta l-kura tas-saħħa pubblika tingħata bla ħlas lill-persuni kollha intitolati, sakemm jippreżentaw dokumentazzjoni valida.


Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Jekk dawn is-servizzi jkunu meħtieġa waqt is-soġġorn tiegħek f’Malta, għandek tikkuntattja lill-fornituri tas-servizz biex tagħmel l-arranġamenti meħtieġa qabel ma tasal Malta kif ġej.

  • Dijaliżi renali - Ikkuntattja lill-Isptar Mater Dei: Unità Renali - Taqsima ta' Merħba: +356 2545 6090; Taqsima tal-Emodijaliżi: +356 2545 6079 / +356 2545 6080; Taqsima tad-dijaliżi periteonali: +356 2545 6096
  • Terapija tal-Ossiġenu - Ikkuntattja lill-Isptar Mater Dei: Servizzi Farmaċewtiċi – +356 2545 6514
  • Kimoterapija - Ikkuntattja ċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo - Żona ta’ Merħba: +356 2545 2360 / 1 

Kif napplika għal EHIC?

Tista’ tapplika għal EHIC permezz tas-siti web li ġejjin


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet f'Malta

  • F’każ li ma tkunx tista’ tippreżenta l-EHIC tiegħek, għandek tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti biex tipprovdilek Ċertifikat Temporanju ta’ Sostituzzjoni li tkun tista’ tippreżentah lill-Fornitur tas-Servizz.
  • Jekk ma tistax tippreżenta l-EHIC tiegħek fl-isptar u jkollok tħallas għat-trattamenti pprovdut, kun ċert li jkollok ir-riċevuta pprovduta mill-isptar u mbagħad ikkuntattja lill-istituzzjoni tas-saħħa kompetenti tiegħek ladarba tasal lura f’pajjiżek sabiex it-talba tiegħek tiġi pproċessata.

Ixxerja din il-paġna