Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Ir-Repubblika Ċeka

Emerġenza

  • Ċempel il-112

Uffiċċju tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa
(Kancelář zdravotního pojištění)
Tel: +420 236 033 411
Email: info@kancelarzp.cz


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Tista’ tuża biss l-EHIC ma’ tabib li għandu kuntratt ma’ fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa Ċek - zdravotní pojišťovna (ħafna tobba għandhom dan il-kuntratt, għalkemm issib tobba bla kuntratt fiż-żoni turistiċi).
  • It-tabib għandu mnejn jistaqsik tiffirma ċertifikat ta’ intitolament (Potvrzení o nároku), biex il-kura tiegħek titħallas mill-fond ta’ assigurazzjoni tas-saħħa pubblika Ċek.
  • It-tabib se jipprovdilek kopja ta’ dan iċ-ċertifikat biex turih kull meta jkollok bżonn xi kura, testijiet jew riċetta tal-mediċina.
  • Ħa ddum aktar?
    • Tista’ tirreġistra mal-fondi Ċeki tal-assigurazzjoni tas-saħħa u tirċievi ċertifikat ta’ reġistrazzjoni (Potvrzeni o registraci), validu għat-tul ta’ żmien li se tqatta’ fil-pajjiż.
    • Uri dan id-dokument kull darba li tmur għal kura jew riċetta.

Dentisti

  • Il-kura standard hi bla ħlas.
  • Il-kura/materjal mhux standard bħall-mili kompost jew il-prostetiċi - hemm mnejn ikollok tħallas tariffa.

Kura fi sptar

  • Il-kura fi sptar hi bla ħlas.

Riċetti tat-tabib

  • Jekk il-mediċina tiegħek mhix koperta kompletament/mhix koperta mis-sistema pubblika tal-assigurazzjoni tas-saħħa, għandek tħallas l-ispiża kollha jew parti minnha.
  • Fis-sit web tal-Istitut tal-Istat għall-Kontroll tal-Mediċini tista’ ssib informazzjoni dettaljata dwar ir-rati ta’ rimborż tal-mediċini.

Ambulanza

  • L-ambulanzi huma bla ħlas – jekk turi l-EHIC tiegħek.
  • Jekk ma tagħmilx dan, ikollok tħallas u tagħmel talba biex tieħu l-flus lura aktar tard mill-fornitur billi tuża l-EHIC tiegħek jew Ċertifikat Temporanju ta’ Sostituzzjoni.
  • Is-salvataġġ fuq il-muntanji mhux kopert mill-EHIC.

Ambulanza bl-ajru

  • L-ambulanza bl-ajru hi bla ħlas.

Rimborż

  • M'għandek għalfejn tħallas xejn iktar mit-tariffi standard tal-pazjent li jitħallsu mir-residenti tar-Repubblika Ċeka.
  • Ma tistax titlob għal rimborż fir-Repubblika Ċeka.
  • Jekk tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fond nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek għar-rimborż meta tmur lura d-dar.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Hemm tariffa standard ta’ CZK 90 għas-servizzi mediċi ta’ emerġenza, inklużi s-servizzi tal-kura tas-snien ta’ emerġenza.
  • Diversi kontribuzzjonijiet tal-pazjenti japplikaw għall-mediċini.

 


Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Jekk taf li se jkollok bżonn xi kura minn dawn waqt li tkun fir-Repubblika Ċeka, ikkuntattja fornitur Ċek tal-kura tas-saħħa (tabib, sptar, eċċ.) qabel ma tivvjaġġa.
  • Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa jew kwalunkwe fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubbliku Ċek qabel ma tivvjaġġa.

Kif napplika għal EHIC?

L-EHIC tinħareġ awtomatikament għaċ-ċittadini Ċeki kollha assigurati. F’każ ta’ telf tal-karta, għandek tikkuntattja l-fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika.

Fejn jaċċettaw l-EHIC

Il-fornituri tal-kura tas-saħħa kuntrattwali li jaċċettaw l-EHIC issibhom fuq is-siti web tal-fondi tal-assigurazzjoni tas-saħħa:


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fir-Repubblika Ċeka

It-telf tal-EHIC jiġi rrapportat lill-fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa rilevanti:

České zdravotní pojišťovny - KZP (kancelarzp.cz)

Huma joħorġu ċertifikat ta’ sostituzzjoni u sussegwentement b’mod awtomatiku EHIC ġdida. Jekk il-fond tal-assigurazzjoni korrispondenti ma jkunx magħruf, tista’ tikkuntattja:

Kancelář zdravotního pojištění
Tel: +420 236 033 411
Email: info@kancelarzp.cz

Ixxerja din il-paġna