Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Jacques Remacle, il-Kap tal-Unità tal-Aġenzija Eżekuttiva dwar il-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

minn Jacques Remacle, il-Kap tal-Unità tal-Aġenzija Eżekuttiva dwar il-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

It-tielet Programm tas-Saħħa kien adottat f'Marzu 2014, u fl-istess ħin, ġiet introdotta sistema ġdida onlajn biex tiffaċilita l-applikazzjoni għall-finanzjament permezz tal-Programm u biex il-proċedura kollha - mis-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet sal-firma tal-għotjiet lill-benefiċjarji - tiqsar b'mod sinifikanti.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) tgħin timplimenta dan il-Programm għall-Kummissjoni u b'hekk tniedi sussegwentement sejħiet għal proposti għal proġetti u għotjiet operattivi.

Fil-passat, l-evalwazzjoni tal-proposti kienet tieħu tliet xhur. Bis-saħħa ta' għodod ġodda tal-IT, Chafea lestiet l-evalwazzjoni tal-2014 f'nofs iż-żmien, 6 ġimgħat biss wara l-għeluq tas-sejħa u l-applikanti kienu informati ħafna aktar kmieni dwar jekk il-proposta tagħhom kinitx se tiġi kofinanzjata jew le. Il-firma tal-ftehimiet tal-għotjiet mal-applikanti benefiċjarji ħadet ukoll ħafna inqas żmien: 3 - 4 xhur inqas milli fl-2013. Dan hu vantaġġ konsiderevoli għal kulħadd - il-benefiċjarji futuri tal-għotjiet se jkunu jistgħu jibdew ħidmiethom fil-waqt, u l-kofinanzjament se jkun rilaxxat immedjatament.

Meta l-applikanti ntalbu jgħidu x'jaħsbu dwar is-sistema l-ġdida dawn kienu pożittivi:

  • 96% huma sodisfatti/sodisfatti ħafna bis-sistema l-ġdida ta' sottomissjoni tal-proposti onlajn.
  • 73% jaqblu/jaqblu bis-sħiħ li s-sottomissjoni onlajn hija aktar faċli mis-sottomissjoni bil-miktub.
  • 60% jaqblu/jaqblu bis-sħiħ li l-ħin li jqattgħu biex jippreparaw proposta onlajn huwa ħafna inqas minn sottomissjoni bil-miktub.

Bl-istess mod, l-evalwaturi esterni li jgħinu lil Chafea fil-valutazzjoni tal-proposti qalu b'mod unanimu li din is-sistema l-ġdida hija ħafna aħjar u bis-saħħa tagħha jistgħu jaħdmu b'mod aktar effiċjenti. B'mod ġenerali, Chafea kuntenta li issa tista' tipprovdi dawn l-għodod ġodda tal-IT lill-parteċipanti tal-Programm tas-Saħħa u għandna fiduċja li, flimkien ma' miżuri oħra ta' simplifikazzjoni introdotti, dan se jnaqqas il-piż amministrattiv u jippermetti lill-parteċipanti u lill-amministraturi biex jiffukaw fuq il-proġetti nfushom minflok fuq il-proċeduri għall-kofinanzjament.

Health programme

Aktar dwar din it-tema