Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Peter Portheine, Direttur ta' Briainport Health Innovation

minn Peter Portheine, Direttur ta' Briainport Health Innovation

Matul l-aħħar Spettaklu tal-Elettronika tal-Konsumatur f’Las Vegas, aktar minn nofs il-prodotti l-ġodda kienu relatati mas-saħħa. Aktar u aktar kumpaniji kbar qed isiru konxji tal-valur tal-aktar assi importanti tagħna u d-dejta assoċjata.

 Matul dawn l-aħħar snin tajna ħafna attenzjoni, fi ħdan is-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f’Saħħtu, fuq l-ostakli li joħonqu innovazzjonijiet promettenti fil-kura tas-saħħa milli jsiru applikazzjonijiet fuq skala kbira. Dawn il-linji ta' azzjoni qed jiffukaw fuq l-implimentazzjoni ta’ innovazzjonijiet għaliex dan hu l-uniku mod kif is-suq jieħu f’idejh ir-rwol tal-introduzzjoni sostenibbli ta’ metodi ġodda fis-sistema tal-kura tas-saħħa.

 Huwa evidenti li t-teknoloġija għandha rwol importanti. Din toffri possibbiltajiet ġodda biex iċ-ċittadini, mingħajr għarfien mediku, jiksbu informazzjoni sempliċi dwar is-saħħa u l-kundizzjoni fiżika tagħhom stess. Dan isarraf fil-possibbiltà li jidentifikaw il-problemi aktar malajr, li n-nies isiru aktar konxji tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom, u li jieħdu miżuri f’pajjiżhom fil-kuntest ta’ trattament u terapija.

Qed immexxu l-kura barra l-isptar lejn il-pazjent fid-dar, u dan hu speċjalment importanti għall-kwalità ta’ ħajjet l-anzjani tagħna.  L-għan, li hu kondiviż mal-Kummissjoni Ewropea, huwa li tingħata għajnuna lill-anzjani sabiex ikollhom ħajja indipendenti, b’saħħitha u produttiva għall-itwal żmien possibbli, u biex ikompli jgawdu l-kumdità ta’ djarhom stess.  It-teknoloġija b’mod partikolari tagħmel dan possibbli. Fir-reġjun ta' Brainport ta’ Brabant qed naħdmu bis-sħiħ fuq dawn it-teknoloġiji ġodda. Aħna ninvolvu liċ-ċittadini tagħna permezz ta' rabta diretta bejn l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun u l-kontribut għal kwistjonijiet soċjali bħat-tixjiħ f’saħħtu u l-parteċipazzjoni. Barra minn hekk, huma kollha lesti li jikkooperaw b’mod attiv bħala parteċipanti fil-laboratorju ħaj ġgantesk tagħna għas-saħħa elettronika f’dan ir-reġjun. Is-setgħa ta' soċjetà impenjata hu sinjal tal-affarijiet li ġejjin, b'riżultat tal-appoġġ mill-UE li jinkoraġġixxi lill-intraprendituri li jfittxu soluzzjonijiet innovattivi biex jgħinu lill-oħrajn u jiffaċċjaw sfidi komuni bħal ma hi popolazzjoni li qiegħda dejjem tixjieħ.