Snin ta' Ħajja f'Saħħitha

Id-dejta dwar is-Snin ta' Ħajja f'Saħħitha (jew "l-istennija tal-ħajja mingħajr diżabbiltà) tindika l-għadd ta' snin li persuna ta' ċerta età hija mistennija li tgħix mingħajr diżabbiltà. L-indikatur tas-Snin ta' Ħajja f'Saħħitha (SĦS) huwa parti mis-sett prinċipali tal-Indikaturi Strutturali Ewropej u l-Istrateġija ta' Liżbona irrikonoxxiet l-importanza tiegħu.

Għalfejn huwa użat dan l-indikatur?

Sabiex:

  • jimmonitorja s-saħħa bħala fattur ekonomiku / ta' produttività
  • jintroduċi l-kunċett tal-kwalità tal-ħajja
  • ikejjel il-kapaċità għall-impjieg ta' ħaddiema ikbar fl-età
  • jimmonitorja l-progress li jsir fl-aċċess, il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-kura tas-saħħa.

Kif inhu kkalkulat?

Bl-użu ta' tabelli dwar il-mortalità tal-UE u informazzjoni minn stħarriġ dwar kif wieħed jipperċepixxi d-diżabbiltà għalih innifsu.

  • Iktar dwar kif inhuma kkalkulati s-snin ta' ħajja f'saħħitha Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)
  • Dejta dwar is-Snin ta' Ħajja f'Saħħitha fl-Unjoni Ewropea

Iktar dwar is-snin ta' ħajja f'saħħitha

L-UE iffinanzjat għadd ta' proġetti biex jistudjaw jekk aħniex qed ngħixu ħajja itwal u iktar f'saħħitha:

  • il-bażi ta' dejta EHEMU Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) - l-istennija tal-ħajja fil-pajjiżi tal-UE
  • Sistemi ta' informazzjoni Ewropej dwar is-saħħa u l-istennija tal-ħajja  Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)
  • L-użu tal-indikatur tas-snin ta' ħajja f'saħħitha fuq il-livell nazzjonali u tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)
  • Proġetti oħra dwar is-snin ta' ħajja f'saħħitha Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)