Il-politika

Għas-soċjetajiet Ewropej ix-xjuħija hi waħda mill-isfidi soċjali u ekonomiċi kbar tas-seklu 21. Hi se taffettwa lill-pajjiżi tal-UE kollha u l-parti l-kbira tal-oqsma politiċi.

Sal-2025 iktar minn 20% tal-Ewropej se jkollhom 65 sena jew iktar, b'żieda partikularment għolja fl-għadd ta' persuni 'il fuq mit-80 sena.

Billi l-anzjani għandhom ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa differenti, is-sistemi tas-saħħa se jkollhom jadattaw lilhom infushom biex ikunu jistgħu jipprovdu kura xierqa u jibqgħu sostenibbli finanzjarjament.

Il-Partenarjat Ewropew għall-Innovazzjoni dwar Anzjanità Attiva u f'Saħħitha

Potenzjalment l-Ewropa tista' tkun mexxej dinji fir-respons innovattiv.

L-iskema pilota Il-Partenarjat Ewropew għall-Innovazzjoni dwar anzjanità attiva u f'saħħitha Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) għandha l-għan li sal-2020 iżżid il-medja tat-tul ta' ħajja f'saħħitha fl-UE b'sentejn.

Is-snin ta' ħajja f'saħħitha huma l-għadd ta' snin li persuna ta' ċerta età tistenna li tgħix mingħajr mard.

Dan jidher permezz tal-indikatur tas-snin ta' ħajja f'saħħitha Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) tal-UE, li jikkombina l-prospetti sempliċi tal-ħajja (mortalità) flimkien mal-qagħda tas-saħħa (diżabilità).

Miżuri oħra tal-UE

  • Promozzjoni ta' anzjanità f'saħħitha u b'dinjità Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) billi l-pajjiżi tal-UE tingħatalhom għajnuna biex jagħmlu s-sistemi tas-saħħa aktar effiċjenti.
  • Indirizzar tal-marda tal-Alzheimer Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) u tipi oħrajn ta' dimenzja.