Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Dr. Clemens Martin Auer, Ko-President tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika u Direttur Ġenerali tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Awstrija

Dr. Clemens Martin Auer, Ko-President tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika u Direttur Ġenerali tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Awstrija

Il-politika tas-Saħħa elettronika riċenti fl-Unjoni Ewropea bil-mod il-mod qed timxi minn tamiet u wegħdiet kbar għal realtà konkreta u n-Netwerk tas-Saħħa elettronika qed jibda jindirizza l-kwistjonijiet reali fit-triq twila lejn l-interoperabbiltà transkonfinali fl-iskambju ta’ dejta tas-saħħa.

Pass kbir 'il quddiem kienet l-adozzjoni tal-“Linji gwida dwar Sett ta' Dejta Minimu fil-Qosor tal-Pazjent għall-Iskambju Elettroniku”. Dawn il-Linja Gwida jmorru lil hinn minn ftehim dwar sett tad-dejta minimu. Huma jidentifikaw b’mod eżawrjenti prerekwiżiti organizzattivi, tekniċi u legali li għandhom jiġu ssodisfati qabel ma sett wieħed ta’ dejta tas-saħħa fil-fatt ikun jista' jaqsam fruntiera. Minħabba li din il-lista ta’ prerekwiżiti għandha approvazzjoni politika qawwija, il-linji gwida l-ġodda jipprovdu pjan direzzjonali vijabbli għall-ħafna passi lejn l-interoperabbiltà transkonfinali.

Il-passi importanti li jmissu se jkunu li jiġu adottati "Linji gwida li jappoġġaw lill-Istati Membri fl-iżvilupp tal-interoperabbiltà tal-Preskrizzjoni elettronika" u li jkun hemm fis-seħħ il-finanzjament għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) għas-servizzi tas-Saħħa elettronika kondiviżi.

Hemm spirtu pożittiv fin-Netwerk tas-Saħħa elettronika sabiex jinstabu soluzzjonijiet konkreti biex l-iskambju transkonfinali tad-dejta dwar is-saħħa jsir realtà. Bħala Ko-President tan-netwerk, se nagħmel mill-aħjar li nista’ biex niżgura li jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji f’waqthom. Dan jista’ jiġri biss, meta aħna, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, ningħaqdu u nikkooperaw mill-qrib.

mHealth

Aktar dwar din it-tema