Politika

Is-Saħħa elettronika:

  • tirreferi għall-għodod u s-servizzi li jużaw it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICTs) li jtejbu l-prevenzjoni, id-dijanjosi, il-kura, il-monitoraġġ u l-ġestjoni.
  • tista' tkun utli għall-komunità kollha billi ttejjeb l-aċċess għall-kura u l-kwalità tal-kura u billi tagħmel is-settur tas-saħħa iktar effiċjenti.
  • tinkludi informazzjoni u skambju ta' dejta bejn il-pazjenti u l-fornituri tas-servizzi tas-saħħa, sptarijiet, professjonisti fil-qasam tas-saħħa u netwerks ta' informazzjoni dwar is-saħħa; rekords elettroniċi dwar is-saħħa; servizzi tat-telemediċina; tagħmir portabbli għall-monitoraġġ tal-pazjent, softwer għall-iskedar tas-sala tal-operazzjonijiet, operazzjonijiet robotizzati u r-riċerka blue-sky dwar il-fiżjoloġija virtwali tal-bniedem.

Għanijiet tal-UE:

  • li ttejjeb is-saħħa taċ-ċittadini billi jkollha informazzjoni li ssalva l-ħajja disponibbli - bejn pajjiżi differenti fejn meħtieġ - bl-użu ta' għodod tas-Saħħa elettronika
  • li żżid l-aċċess għall-kura tas-saħħa u ttejjeb il-kwalità tagħha billi tpoġġi s-Saħħa elettronika bħala parti mill-politika tas-saħħa u tikkoordina l-istrateġiji politiċi, finanzjarji u tekniċi tal-pajjiżi tal-UE.
  • li l-għodod tas-Saħħa elettronika jsiru iktar effettivi, faċli biex tużahom u ġeneralment aċċettati billi jkunu involuti l-professjonisti u l-pazjenti fl-istrateġija, id-disinn u l-implimentazzjoni.

Strateġija għal Suq Uniku Diġitali

Il-KE tadotta l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitalipdf għall-Ewropa li għandha l-għan li twassal sabiex il-libertajiet tas-suq uniku tal-UE "jsiru diġitali" u jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-UE. L-istrateġija tinkludi t-telemediċina u s-saħħa elettronika, u dan hu pass 'il quddiem fil-promozzjoni tal-interoperabilità u l-istandards ta’ dawn it-teknoloġiji diġitali fl-UE, għall-benefiċċju tal-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa, is-sistemi tas-saħħa u l-industrija.

Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali.

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/24/UE, jistabbilixxi Netwerk volontarju ta’ awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-Saħħa elettronika. In-Netwerk dwar is-Saħħa elettronika Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) se jfassal linji gwida fil-qasam tas-Saħħa elettronika. Hu għandu l-għan li jsaħħaħ l-interoperabilità bejn is-sistemi elettroniċi tas-saħħa u l-kontinwità tal-kura kif ukoll biex jiġi żgurat l-aċċess għal kura tas-saħħa sigura u ta’ kwalità.

Niżviluppaw il-qafas

Dokumenti ewlenin Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) dwar is-Saħħa elettronika

Azzjonijiet ta' Appoġġ

Nappoġġaw il-proġetti tas-Saħħa elettronika Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)