breadcrumb.ecName

Bażi tad-Data tal-Proġetti

Riżultati tat-Tiftix

Proġetti |
Manifattur tal-ġugarelli jiffranka l-enerġija

Il-Playmobil Malta qed tieħu dak kollu li tista’ mis-sħana ġġenerata mill-proċess tagħha ta’ manifattura tal-ġugarelli. Permezz ta’ sistema ġdida għall-irkupru tas-sħana, il-kumpanija hija kapaċi issaħħan l-uffiċċji u l-postijiet tax-xogħol tagħha. Magħrufa komunement bħala sħana mormija, għax ma nstabet ebda applikazzjoni ta’ siwi għaliha, hija tinstab fi kwantità kbira f’industrija b’enerġija intensiva bħall-ipproċessar tal-plastik.

  de | en | fr
Proġetti |
L-Istabbiliment ta’ Ċentru tax-Xjenzi tal-Ħajja f’Malta

Viċin l-isptar u l-università, iċ-Ċentru tax-Xjenzi tal-Ħajja l-ġdid f’Malta se jkopri 13 500 metru kwadru u se jkun qed jifforma parti minn park bijoteknoloġiku propost li hu mistenni li jitlesta lejn tmiem l-2012.

  en | fr
Proġetti |
Malta trażżan iċ-ċiklu tal-iskart

Is-sistemi moderni tal-ipproċessar tal-iskart jitolbu l-użu tal-aktar teknoloġija avvanzata u infrastruttura ġdida sabiex jitnaqqsu l-effetti detrimentali fuq l-ambjent. Dan il-proġett fuq skala kbira, maħsub biex ikabbar l-impjant tat-trattament tal-iskart ta’ Sant'Antnin u l-faċilità tal-irkupru u r-riċiklaġġ tal-materjal, jinkorpora dan il-kunċett u fi Frar 2008 ra l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Faċilità għar-Riċiklaġġ tal-Materjal għal materjal li jintuża fid-dar li jista’ jiġi rriċiklat.

  en | fr