breadcrumb.ecName
mt Malti

Manifattur tal-ġugarelli jiffranka l-enerġija

  • 17 December 2009

Il-Playmobil Malta qed tieħu dak kollu li tista’ mis-sħana ġġenerata mill-proċess tagħha ta’ manifattura tal-ġugarelli. Permezz ta’ sistema ġdida għall-irkupru tas-sħana, il-kumpanija hija kapaċi issaħħan l-uffiċċji u l-postijiet tax-xogħol tagħha. Magħrufa komunement bħala sħana mormija, għax ma nstabet ebda applikazzjoni ta’ siwi għaliha, hija tinstab fi kwantità kbira f’industrija b’enerġija intensiva bħall-ipproċessar tal-plastik.

L-iskart jista’ jkun riżors - użah !

Anna Lecke, Playmobil Malta

Meta qegħda tesplojtja din il-forma ta’ enerġija, il-Playmobil Malta qed tnaqqas il-livelli ta' konsum totali u tagħmel kontribut pożittiv għas-sostennibilità ambjentali. Il-bidliet żgħar fl-imġieba u aġġustamenti tas-sistema li qed isiru qed jgħinu lil Playmobil Malta biex tnaqqas l-ispejjeż tal-konsum tal-enerġija f’oqsma bħall-ikkondizzjonar tal-arja, it-tisħin u t-tkessiħ.

Minn skart għal riżorsa

Il-proġett tal-Playmobil Malta ra l-iżvilupp ta’ sistema għall-irkupru tas-sħana. Din is-sistema inbdiet biex tkopri l-ħtiġijiet tat-tisħin tad-dipartiment tal-amministrazzjoni u ħames postijiet tax-xogħol.

Minn Frar 2008, it-temperatura tad-dipartiment tal-amministrazzjoni qed tiġi regolata bl-użu ta’ żewġ pompi b’azzjoni flimkien ta’ tisħin/tkessiħ. It-temperatura ta’ ħames postijiet tax-xogħol qed tigi regulota bi 12-il unità li jħaddmu l-arja billi jużaw elementi elettriċi ta' tisħin.

Il-Playmobil Malta ukoll qed tħaddem magni tal-forom bl-injezzjoni – li minnhom hemm 220 – billi tuża muturi li kapaċi jinkonvertu l-enerġija kkonsmata fi sħana. Is-sħana żejda jew mormija ġġenerata minn dawn il-magni qed titneħħa bl-użu tal-ilma li jgħaddi minn żewġ torrijiet ta’ tkessiħ.

Effiċjenza fl-enerġija tfisser effiċjenza fl-infiq.

Bħala riżultat ta’ din is-sistema għall-irkupru tas-sħana, il-konsum tal-elettriku fil-Playmobil Malta minn Jannar sa April 2009 kien kwazi żewġ miljun kWh anqas mill-istess perjodu tal-2008 – dan jammonta għall-iffrankar sa 62% tal-kWh totali li tuża l-kumpanija għall-ikkondizjonar tal-arja.