breadcrumb.ecName

Rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali tal-UE

Reports

Data: 16 dec 2016

Tema: Business support, Energy, Environment, EU Strategy for the Baltic Sea Region, EU Strategy for the Danube Region, Tourism, Transport, Research & Development, EU Strategy for the Adriatic and Ionian Region, Social inclusion, Jobs, Education and Training, Structural Funds management and Governance

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Il-globalizzazzjoni għamlet lill-pajjiżi aktar interdipendenti u l-problemi issa jridu jiġu indirizzati f’mod transfruntier. Dan jitlob riflessjoni dwar kif il-makroreġjuni, bħala żoni funzjonali ġodda, jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-politiki tal-UE u għall-kisba tal-koeżjoni territorjali, kif stipulat fl-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

It-tfaċċar tal-istrateġiji makroreġjonali (SMR) kien xprunat minn għadd ta’ pajjiżi u reġjuni tal-UE biex jikkomplementaw il-politiki tradizzjonali tal-pajjiżi dwar il-ġestjoni territorjali. Dawn huma mfassla biex jindirizzaw sfidi komuni, pereż. it-tkabbir xprunat mill-innovazzjoni, l-ambjent jew it-tibdil fil-klima, billi jintuża approċċ minn isfel għal fuq li jinvolvi l-atturi nazzjonali, reġjonali u lokali.

Minn mindu l-Kunsill Ewropew approva l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (EUBSR) fl-2009, ġew żviluppati tliet SMR oħra: l-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju (EUSDR) fl-2011, l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR) fl-2014 u l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Alpi (EUSALP) fl-2016.

Bl-involviment ta’ 19-il pajjiż tal-UE u 8 pajjiżi mhux tal-UE, l-SMR issa saru parti integrali mill-qafas ta’ politika tal-UE. L-objettivi tagħhom jikkonformaw mija fil-mija mal-prijoritajiet politiċi tal-UE; dawn isaħħu s-sinerġiji bejn il-politiki u l-istrumenti varji tal-UE u għandhom l-għeruq tagħhom fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni.

L-SMR jagħtu valur miżjud lid-dimensjoni ta’ kooperazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni. Dawn joffru pjattaforma għall-governanza f’diversi setturi, pajjiżi u livelli, miftuħa wkoll għall-pajjiżi mhux tal-UE. L-SMR jistgħu jaqdu rwol sostanzjali sabiex jgħinu lil dawn il-pajjiżi biex isaħħu r-rabtiet tagħhom mal-UE u jnaqqsu l-effetti negattivi possibbli fuq il-fruntieri esterni tal-UE.