breadcrumb.ecName

Zvilupp Immexxi Mill-Komunità

Brochures

Data: 26 mar 2014

Perjodu: 2014-2020

Tema: Business support, Rural development, Urban development, Research and innnovation, Social inclusion, Jobs, Education and Training

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl

Matul dawn l-aħħar 20 sena, l-approċċ LEADER għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD), iffinanzjat mill-Fondi Strutturali u għall-Iżvilupp Rurali, għen lill-atturi lokali jikkunsidraw il-potenzjal fit-tul tar-reġjun lokali tagħhom, u wera bil-provi li kien għodda effettiva u effikaċi fit-twassil tal-politiki dwar l-iżvilupp. Il-Kummissjoni Ewropea ppromwoviet dan il-metodu ta’ twassil permezz ta’Inizjattivi Komunitarji wkoll, bħal URBAN u EQUAL. Fil-każ ta’ LEADER, li għalih ilu jiġi pprovdut appoġġ kontinwu mill-UE sa mill-1991, huwa sar element importanti tal-politika dwar l-iżvilupp lokali b’livell għoli ta’ aċċettazzjoni madwar l-Ewropa kollha. Mill-2007, l-iżvilupp lokali intuża wkoll fi ħdan il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd biex jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli tal-komunitajiet tas-sajd.

L-Artikoli 32-35 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (UE) Nru 1303/2013 għas-CLLD huma bbażati fuq l-approċċ LEADER u jikkonċernaw il-Fondi kollha koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni – il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd – fil-perjodu ta’ pprogrammar 2014-2020 (il-Fondi SIE – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej).

Is-CLLD huwa għodda speċifika li tintuża fil-livell subreġjonali, li hija kumplimentari għal appoġġ ieħor għall-iżvilupp fil-livell lokali. Is-CLLD jista’ jimmobilizza u jinvolvi lill-organizzazzjonijiet u l-komunitajiet lokali sabiex jikkontribwixxu ħalli jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 ta’ tkabbirintelliġenti, sostenibbli u inklużiv, titrawwem il-koeżjoni territorjali u jintlaħqu l-objettivi politiċi speċifiċi.