Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

ta' Karin Kadenbach, Membru tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel; President tal-Grupp għas-Saħħa tal-Kliewi tal-MPE

ta' Karin Kadenbach, Membru tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel; President tal-Grupp għas-Saħħa tal-Kliewi tal-MPE

Iċ-ċittadini Ewropej jagħmlu aktar minn 20 miljun donazzjoni tad-demm kull sena, att ta’ solidarjetà notevoli ma’ pazjenti fil-bżonn ta’ trasfużjonijiet.

L-14ta' Ġunju ġie magħżul bħala l-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Dan il-jum jonora lid-donaturi tad-demm li jsalvaw il-ħajjiet kuljum u jħeġġeġ bil-qawwa aktar nies mad-dinja kollha biex jagħtu d-demm b’mod volontarju u b’mod regolari.

L-Unjoni Ewropea tiżgura li l-pazjenti jistgħu jiddependu fuq trasfużjonijiet tad-demm sikuri u ta’ kwalità għolja u li saħħet id-donaturi tiġi protetta. Il-leġiżlazzjoni tal-UE, li ilha mill-2002, titlob b’mod partikolari għal analiżi bir-reqqa tad-donaturi, l-ittestjar tad-donazzjonijiet kollha u standards għoljin għat-trattament/għall-ipproċessar tad-demm mogħti. Il-leġiżlazzjoni teħtieġ li l-Istati Membri jinkuraġġixxu d-donazzjoni volontarja u bla ħlas bħala mezz ta’ żgurar tal-forniment tal-aktar demm sikur possibbli.

Matul l-aħħar 13-il sena, il-Kummissjoni Ewropea żiedet il-leġiżlazzjoni bażika b’regoli, linji gwida u proġetti ġodda biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni fl-Istati Membri. Din l-implimentazzjoni hija mmonitorjata regolarment u b'hekk tiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet u oqsma għal titjib. F'dawn l-aħħar snin, is-settur ġie affettwat minn ħafna avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi, u sar ħafna tagħlim fir-rigward tad-donazzjoni u tat-trasfużjoni sikuri u effettivi.

Fil-fehma tiegħi, issa ż-żmien biex nikkunsidraw jekk il-qafas regolatorju tal-2002 għadux adattat. B’mod partikolari, fil-kuntest tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, nemmen li għandna nirriflettu dwar kif nistgħu niżguraw l-ogħla livelli possibbli ta’ kura tad-donaturi permezz ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi. Ningħaqad ma’ dawk kollha li jiċċelebraw il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm u nirringrazzja lill-miljuni ta’ individwi eċċezzjonali li jagħtu rigal b’xejn biex jgħinu jsalvaw u jtejbu ħajjiet tal-oħrajn.