Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Tonio Borg, il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa

Tonio Borg, il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa

Il-mard kroniku hu problema maġġuri u li qed tikber fil-popolazzjoni. Bla dubju ta' xejn hu l-kawża ewlenija tal-mortalità, billi jirrappreżenta 86% tal-imwiet kollha fl-UE. Żewġ miljun ruħ imutu kull sena minħabba mard kardjovaskulari, u hu stmat li 8% tal-popolazzjoni jbatu mid-dijabete – xi wħud minnhom inutilment. Ħafna każijiet ta’ mard kroniku jista’ jiġi evitat billi jitnaqqsu l-fatturi ewlenin ta’ riskju – it-tipjip, l-abbuż tal-alkoħol, dieta fqira jew nuqqas ta’ eżerċizzju.

L-UE hi konxja li din il-problema ma tistax tiġi injorata u hi impenjata li tieħu azzjoni. Għandna politiki u leġiżlazzjoni fis-seħħ biex titqajjem kuxjenza u jitnaqqsu r-riskji, u qed nikkooperaw attivament mal-Istati Membri biex niżviluppaw u nimplimentaw approċċi effettivi biex jiġi miġġieled il-mard kroniku.

Għal dan l-għan, l-Istati Membri, organizzazzjonijiet mhux governattivi u internazzjonali u rappreżentanti tal-industrija tal-assigurazzjoni tas-saħħa reċentement organizzaw konsultazzjoni biex jiskambjaw esperjenzi u ideat. Stajna niġbru informazzjoni importanti dwar dak li l-partijiet interessati jixtiequ li l-UE tiffoka fuqu fil-futur; jiġifieri, li nindirizzaw il-fatturi ta’ riskju, l-investiment fil-prevenzjoni u t-tisħiħ ta’ sistemi tas-saħħa.

Din il-kollaborazzjoni diġà pproduċiet riżultati tanġibbli. Flimkien mal-Istati Membri, ġiet stabbilita azzjoni konġunta biex tiġi promossa l-anzjanità f’saħħitha, sabiex tindirizza l-mard kroniku permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajbin u l-ħidma fuq it-titjib tal-politiki dwar id-dijabete mal-Ewropa kollha. It-tieni nett, fit-3 u l-4 ta’ April ta’ din is-sena għandu jsir “Samit tal-UE dwar il-Mard Kroniku”, biex tiżdied id-diskussjoni dwar x’tista’ tagħmel l-UE.

Barra minn dawn l-inizjattivi, il-Kummissjoni tappoġġa wkoll b’mod attiv inizjattivi ta’ riċerka u ta' innovazzjoni u ffinanzjat bosta proġetti taħt il-Programmi tas-Saħħa u r-Riċerka. 

Flimkien, dawn l-azzjonijiet għandhom l-għan li jappoġġaw lill-Istati Membri jnaqqsu l-piż ta’ mard kroniku – u fl-aħħar mill-aħħar, biex jiġu salvati l-ħajjiet mal-UE kollha.

Major and chronic diseases

Aktar dwar din it-tema