Dan is-sit ġie arkivjat (01/11/2014)
01/11/2014

Mogħdija tan-navigazzjoni

Industrija u Intraprenditorija

Wisq tajjeb biex jitwemmen?

Il-prezz vera ta’ prodotti foloz

Iċ-ċittadini tal-UE għandhom ħafna x’jitilfu finanzjarjament meta jixtru prodotti foloz. Hija wkoll kwistjoni etika. Benefiċjarju ewlieni ta’ dan in-negozju illegali huwa l-kriminalità organizzata. Fid-dinja kollha, il-kriminalità organizzata hija involuta ħafna fid-distribuzzjoni tal-oġġetti foloz: għal dawn din hija opportunità għal tkabbir reali.

Dawn l-oġġetti jistgħu joħolqu riskji serji għas-sikurezza u s-saħħa. Taħseb li l-kriminali jagħtu każ is-sikurezza tiegħek? Iċ-ċittadini jitilfu wkoll bħala konsumaturi. Dak li jidher irħis ta’ spiss jirriżulta f'ħela ta’ flus, minħabba li l-prodotti foloz essenzjalment ma jkunux saru skont l-istess standards ta’ kwalità.

Ilkoll nitilfu bħala ċittadini li nħallsu t-taxxa. L-operaturi u n-negozjanti illegali ma jħallsux taxxi, għalhekk int tħallas aktar biex tpatti għat-telf. In-negozjanti tal-imitazzjonijiet jagħmlu ħsara lill-ekonomija Ewropea għax jirrovinaw in-negozju leġittimu u jeqirdu l-innovazzjoni.

L-oġġetti foloz jikkompetu b’mod inġust mal-prodotti ġenwini, u b'hekk iqiegħdu ħafna impjiegi f’riskju fl-Ewropa. Kontra din it-theddida, hemm biss ħaġa waħda li għandek tagħmel.

Għid le għall-oġġetti foloz! Agħżel l-oriġinali!

Ara l-filmat bil-Franċiż - il-Ġermaniż - it-Taljan - l-Ispanjol

Ara l-fuljett f'lingwi oħra pdf - 2 MB [2 MB]

Links utli

L-aħħar aġġornament: 11/02/2015 |  Fuq