Dan is-sit ġie arkivjat (01/11/2014)
01/11/2014

Mogħdija tan-navigazzjoni

Industrija u Intraprenditorija

Pagamenti tard

Nagħtu l-għodod lill-SMEs biex insolvu l-problema tal-pagamenti tard

Kuljum madwar l-Ewropa, għadd ta' intrapriżi żgħar u medji (SMEs) ifallu minħabba li l-invojsis tagħhom ma jitħallsux. Dawn il-kumpaniji jfallu mhux minħabba dak li għandhom jgħatu, iżda minħabba dak li hu dovut lilhom. Huwa paradoss li sar in-norma għal għadd kbir wisq ta’ negozji fl-Ewropa. Aktar minn nofs in-negozji jiddikjaraw li għandhom problemi ta’ likwidità minħabba pagamenti tard. Il-problema qed ukoll tikber. Bejn l-2011 u l-2012, l-għadd ta’ intraprendituri li esperjenzaw din is-sitwazzjoni kiber b’10%.

L-indirizzar tal-kultura ta’ pagamenti tard saret waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea. F’perijodu li fih ir-rati tal-qgħad waslu għal żewġ numri f’ħafna pajjiżi tal-UE, hu essenzjali li jiġu indirizzati l-għeruq tal-problema. U pagamenti tard jikkontribwixxu b’mod ċar, billi jagħtu bidu għall-fallimenti. Il-fallimenti fl-2012 wasslu għat-telf ta’ 450,000 impjieg fl-UE u għal djun annwali pendenti ta' €23.6 biljun.

Biex tingħeleb din il-marda, il-Kummissjoni Ewropea proponiet Direttiva ġdida li ġiet adottata fi Frar 2011. Id-direttiva Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it) l-ġdida ssaħħaħ il-protezzjoni ta’ intrapriżi minn pagamenti tard. Fejn meħtieġ, hi tissemplifika u tagħmel il-proċeduri aktar konsistenti u ilha applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-UE, mis-16 ta’ Marzu 2013. Dan ifisser li anke jekk Stat Membru partikulari ma jittrasponiex id-direttiva fil-liġi nazzjonali sa din l-iskadenza, il-kumpaniji huma intitolati li jitolbu l-applikazzjoni tar-regoli ġodda Ewropej. Hi għodda b’saħħitha u ġdida għall-intraprendituri li jitolbu kreditu leġittimament dovut lilhom.

Id-direttiva hi vinkolanti għall-awtoritajiet pubbliċi, li għandhom iħallsu għall-prodotti u s-servizzi li jkunu akkwistaw fi żmien 30 ġurnata jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fi żmien 60 ġurnata. Jekk il-perjodi ta’ pagament ma jiġux rispettati d-debitur ikollu jħallas rata ta’ mgħax mill-inqas ta' punt 8 perċentwali ogħla mir-rata ta’ referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew. L-awtoritajiet pubbliċi mhumiex awtorizzati li jiffissaw rata aktar baxxa ta’ mgħax għal pagament tard. L-entitajiet pubbliċi se jkunu obbligati wkoll li jirrimborżaw il-kreditur għall-ispejjeż addizzjonali magħmula fl-irkupru tal-pagament tard.

Il-kredituri li jiffaċċjaw pagament tard huma awtomatikament intitolati li jitolbu l-imgħax għal pagament tard u huma jistgħu wkoll jiksbu ammont fiss minimu ta’ €40 bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru. Dawn jistgħu jitolbu kumpens għall-ispejjeż raġonevoli kollha tal-irkupru li jifdal.

L-intrapriżi privati għandhom iħallsu l-invojsis tagħhom fi żmien 60 ġurnata, sakemm dawn ma jiftehmux espressament b'termini oħrajn u jekk dan ma jkunx inġust għall-aħħar għall-kreditur. Dan mistenni li joħloq ċirku virtuż u gradwalment titħeġġeġ kultura ta’ pagamenti fil-pront fl-attivitajiet ekonomiċi kollha.

Sabiex in-negozji jsiru aktar konxji dwar id-drittijiet ġodda akkwistati minnhom, il-Kummissjoni Ewropea nediet kampanja ta’ informazzjoni li ilha għaddejja fl-Istati Membri kollha minn Ottubru 2012 'l hawn u li għandha tispiċċa fi tmiem l-2014.

Aktar informazzjoni

L-aħħar aġġornament: 11/02/2015 |  Fuq