Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Pensjonijiet

Dawn ir-regoli japplikaw jekk tgħix u ħdimt f'pajjiż wieħed jew iktar tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera.

Min iħallas il-pensjoni tiegħek?

  • F'kull pajjiż, ir-reġistru tal-assigurazzjoni tiegħek jinżamm sakemm tilħaq l-età tal-pensjoni.
  • Kull pajjiż li fih kont assigurat għal tal-anqas sena jħallas il-pensjoni tax-xjuħija tiegħek, meta tilħaq l-età nazzjonali tal-pensjoni. Għal perjodi iqsar ara l-mistoqsijiet frekwenti
  • Pereżempju, jekk ħdimt fi tliet pajjiżi, tirċievi tliet pensjonijiet tax-xjuħija separati.

Kif tinħadem il-pensjoni tiegħek?

Il-pensjoni tiegħek tinħadem skont ir-reġistru ta' assigurazzjoni tiegħek f'kull pajjiż: l-ammont li tirċievi minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi jikkorrispondi għat-tul tal-kopertura tal-assigurazzjoni soċjali tiegħek hemmhekk. Tirċievi Nota ta' Sinteżi (dokument P1) li tagħtik ħarsa ġenerali tad-deċiżjonijiet meħuda minn kull pajjiż dwar it-talba tiegħek.

Fejn għandek tapplika?

Anke jekk ħdimt f'diversi pajjiżi, għandek tapplika għall-pensjoni fil-pajjiż fejn tgħix, sakemm qatt ma ħdimt hemmhekk. F'dan il-każ, għandek tapplika fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar. Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Tirtira barra minn Malta

Il-pensjoni titħallas irrispettivament minn fejn tinsab jew tgħix fl-Ewropa (UE 27 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera). Għall-kundizzjonijiet f'pajjiżi oħra ara l-mistoqsijiet frekwenti.

Kun af dwar drittijiet skont il-pajjiż

Pensjonijiet oħra

B'mod ġenerali, ir-regoli li japplikaw għall-pensjonijiet tax-xjuħija japplikaw għall-pensjoni tal-invalidità u għall-pensjonijiet lill-konjugi superstiti jew l-orfni.

Aktar tagħrif

Aqra l-mistoqsijiet frekwenti għal iktar tagħrif dwar kif titlob il-pensjoni tiegħek, id-drittijiet tiegħek għall-kura tas-saħħa, l-età tal-pensjoni u kwistjonijiet relatati oħra. 

Il-pensjonijiet tal-istat barra mill-pajjiż (L-Ewropa Tiegħek)

Għandek bżonn iktar għajnuna?

Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? Għandek problema?

Skopri dwar is-sigurtà soċjali u d-drittijiet tal-kura tas-saħħa tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE (L-Ewropa Tiegħek)
Agħmel mistoqsija lill-Ewropa Tiegħek 00800 6 7 8 9 10 11
Solvi l-problemi ma' amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Ikseb parir legali mis-Servizz ta’ Pariri tal-Ewropa Tiegħek

Ixxerja din il-paġna