Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Is-Slovenja

Emerġenza

Ċempel 112

Zavod za zdravstveno zavarovanje Slovenije
(L-Istitut tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tas-Slovenja – HIIS)
Tel: +386 1 30 77 300
Email: gp@zzzs.si

Is-servizzi ta’ emerġenza fis-Slovenja jissejħu urgenca.

Aċċess għas-servizzi mediċi waqt żjara temporanja fis-Slovenja


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Ikkonsulta tabib li huwa rreġistrat mal-Istitut tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tas-Slovenja bil-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa.

Dentisti

  • Id-dentisti joffru servizzi mediċi ta’ emerġenza.
  • Ikkonsulta dentist f’ċentru tas-saħħa pubbliku jew ċentru privat li għandu kuntratt mal-Istitut tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tas-Slovenja bil-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tiegħek.

Kura fi sptar

  • Ikollok bżonn riferiment mingħand tabib.
  • F’każ ta’ emerġenza, huwa possibbli li wieħed imur direttament fis-sala tal-emerġenza l-aktar qrib tal-post ta’ residenza.

Riċetti tat-tabib

  • Il-mediċini jistgħu jinkisbu mill-ispiżeriji (bl-Isloven: lekarna) li għandhom ftehimiet kuntrattwali mal-Istitut tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tas-Slovenja abbażi ta’ riċetta maħruġa minn tabib tal-kura primarja.
  • Fil-każ ta’ kura in-patient, il-mediċini huma assigurati bħala parti mit-trattament.

Ambulanza

  • It-trasport bl-ambulanza għal kura medika urġenti huwa bla ħlas, sakemm it-tabib jikkonferma li kien hemm ħtieġa medika (u joħroġ riferiment).

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Rimborż

  • M’hemmx sistema ta' rimborż fis-Slovenja.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

Mhi meħtieġa l-ebda kontribuzzjoni tal-pazjent.


Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Persuni assigurati barranin jistgħu jaċċessaw dawn is-servizzi fis-Slovenja abbażi ta’ awtorizzazzjoni preliminari minn istitut tal-kura tas-saħħa li għandu ftehim kuntrattwali mal-Istitut tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tas-Slovenja (HIIS).
  • Il-lista taċ-ċentri tad-dijalisi u tal-kimoterapija fis-Slovenja hija disponibbli fuq il-paġni web bl-Ingliż tal-HIIS.
  • Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar it-terapija tal-ossiġenu (bis-Sloven biss) jew permezz tal-paġna ta’ kuntatti tal-HIIS.

Kif napplika għal EHIC?

Il-persuni assigurati Sloveni jistgħu japplikaw għal EHIC fl-Istitut tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-uffiċċji reġjonali tas-Slovenja, permezz ta’ sit web (bis-Sloven biss) jew permezz tal-mobile b’SMS (bis-Sloven biss).


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fis-Slovenja

Zavod za zdravstveno zavarovanje Slovenije
(L-Istitut tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tas-Slovenja – HIIS)
 

Ixxerja din il-paġna