Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Is-Slovakkja

Is-Sistema Integrata ta' Salvataġġ

Ċempel il-112

Emerġenza

Ċempel il-155

Úrad pre dohľad nad zdravotnou starostlivosťou (L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-Kura tas-Saħħa)
Žellova 2
SK - 829 24 Bratislava 25
Tel: +421 2 20 856 226


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Biex tisfrutta tajjeb il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa, trid tara tabib li jaħdem taħt is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika Slovakka.
  • Jista' jagħti l-każ li jkollok tħallas tariffa. Din ma tiġix rimborżata fis-Slovakkja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Dentisti

  • Biex tisfrutta tajjeb il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa, trid tara dentist li jaħdem taħt is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika Slovakka.
  • Il-kura ta' emerġenza tas-saħħa tas-snien hi normalment bla ħlas, iżda dan jiddependi mill-materjal li juża d-dentist.
  • Għall-kura tas-saħħa tas-snien oħra jkollok tħallas. Din ma tiġix rimborżata fis-Slovakkja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Kura fi sptar

  • Il-kura tas-saħħa ta' emerġenza hi disponibbli fid-dipartiment tal-aċċidenti u l-emerġenza ta' kwalunkwe sptar. M'hemmx bżonn ta' riferiment mit-tabib.
  • Is-servizzi u l-mediċini huma normalment bla ħlas, iżda jista' jkun hemm tariffi sostanzjali li mhumiex rimborżabbli għal proċeduri kumplessi. Dawn ma jiġix rimborżati fis-Slovakkja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Riċetti

  • Trid tħallas tariffa standard għal kull riċetta.
  • Jista' jkollok tħallas parti mill-ispiża tal-mediċini jekk ma jkunux koperti mill-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika. Din ma tiġix rimborżata fis-Slovakkja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.
  • L-ispiżeriji għandhom lista ta' mediċini sussidjati.

Ambulanza

  • Mingħajr ħlas

Ambulanza bl-ajru

  • Ċempel il-18155
  • Mingħajr ħlas

Rimborż

  • M'hemmx sistema ta' rimborż fis-Slovakkja.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura tas-saħħa, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

Min jakkumpanja lil xi ħadd fl-isptar

  • Iħallas €3.30 kuljum.
  • Jista’ joqgħod bla ħlas jekk il-persuna:
    • qed tredda' u jkollha tifel/tfal
    • qed takkumpanja tifel taħt it-tliet snin,
    • qed takkumpanja persuna taħt it-18-il sena li tkun qed tieħu l-kura għall-kanċer.

Mediċina, apparat mediku u ikel dijetetiku

  • Se jkollok tħallas €0.17 għal proċessar statistiku ta' riċetta jew vawċer għal apparat mediku.
  • M'hemmx tariffa ta' €0.17 jekk il-persuna assigurata:
    • tippreżenta kopja tar-riċetta (meta żżur aktar minn spiżerija waħda),
    • il-persuna tippreżenta r-riċetta għal mediċini jew ikel dijetetiku, li jitħallsu bi sħiħ mill-persuna assigurata,
    • tippreżenta riċetta għat-tilqim li hu obbligatorju,
    • ingħatat il-medalja tad-deheb Jansky (jew premju ogħla) jew
    • tippreżenta rekord mediku elettroniku (e-card) li fih ir-riċetta.

Dipartiment ta’ emerġenza

Skont it-tip ta’ servizz ta’ emerġenza u ta’ kura tas-saħħa pprovduta:

  • Fil-każ ta’ servizz ta’ emerġenza outpatient jew ta’ servizzi ta’ emerġenza għall-kura tas-snien, il-persuna assigurata tħallas €2.00, ħlief jekk il-persuna assigurata hi mibgħuta immedjatament lis-servizz ta’ emerġenza tal-inpatient.
  • F’każ ta’ servizz fiss ta’ emerġenza outpatient id-dar jew f’ambjent naturali ieħor tal-persuna assigurata, il-ħlas hu ta’ €10.00.
  • F’każ ta’ servizz ta’ emerġenza inpatient, il-persuna assigurata tħallas €2.00 jekk:
    • il-vista ssir bejn l-4 pm u l-10 pm matul il-ġranet tax-xogħol u bejn is-7 am u l-10 am matul il-weekends jew vaganzi f'reġjun li fih mhux ipprovdut is-servizz ta’ emerġenza outpatient, jew
    • il-persuna assigurata ntbagħtet hemm immedjatament wara li ġie pprovdut is-servizz ta’ emerġenza outpatient.
  • Fi kwalunkwe każ ieħor ta’ servizz ta’ emerġenza inpatient il-persuna assigurata tħallas €10.00.

It-tipi kollha ta’ servizzi ta’ emerġenza msemmija hawn fuq huma bla ħlas jekk il-kura tas-saħħa pprovduta tikkonċerna:

  • servizz ta’ emerġenza outpatient jew inpatient relatat ma’ aċċident immedjatament wara li jseħħ, ħlief jekk seħħ minħabba abbuż ta’ alkoħol, jew kwalunkwe sustanza jew mediċina addittiva oħra użata b’mod differenti minn dak rakkomandat mit-tabib,
  • servizz ta’ emerġenza inpatient u l-kura tas-saħħa mogħtija li ddum aktar minn sagħtejn,
  • servizz ta’ emerġenza outpatient jew inpatient li jirriżulta fid-dħul għall-kura tas-saħħa inpatient (eż. sptar),
  • servizz ta' emerġenza outpatient jew inpatient ipprovdut lil minorenni f’faċilità deċiż mill-qorti jew mis-servizzi ta’ protezzjoni tal-minorenni, u l-kura tas-saħħa pprovduta kienet rikjesta mis-servizzi soċjali,
  • persuna assigurata li ngħatat il-medalja tad-deheb Jansky (jew premju ogħla).

It-trasport

  • It-trasport b'ambulanza jitħallas bir-rata ta’ €0.10 kull kilometru.
  • Dan ma japplikax jekk il-persuna assigurata:
    • tkun inkluża fi programm ta' dijaliżi kronika jew ta' trapjant,
    • tieħu l-kura kontra l-kanċer jew ta' operazzjoni kardijaka,
    • għandha diżabbiltà severa u hi dipendenti fuq it-trasport b'vetturi privati,
    • hi trasportata minn sptar għal ieħor abbażi tal-ordni ta’ rekwiżit tal-fornitur tal-kura tas-saħħa inpatient,
    • ingħatat il-medalja tad-deheb Jansky (jew premju ogħla).

Pajjiżi oħrajn

Hemm tariffa ta’ €2.00 li tipprovdi estratt mid-dokumentazzjoni medika għal skopijiet relatati mal-provvista tal-kura tas-saħħa.

Jekk pazjent jeħtieġ estratt għall-iskop li mhuwiex relatat mal-għoti tal-kura tas-saħħa, fornitur tal-kura tas-saħħa għandu d-dritt li jitlob prezz ogħla. Madankollu, il-prezz għandu jkun żvelat fil-lista tal-prezzijiet.


Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Int intitolat għal djaliżi, terapija tal-ossiġnu u kimoterapija fis-Slovakkja meta tippreżenta l-EHIC.
  • Trid tirranġa għall-kura tas-saħħa ma' fornitur tal-kura tas-saħħa fis-sistema Slovakka tal-kura tas-saħħa pubblika qabel ma tasal fis-Slovakkja.
  • Ċertifikati mediċi li juru l-ħtieġa ta' din il-kura tas-saħħa jridu wkoll jiġu ppreżentati lill-fornitur tal-kura tas-saħħa.
  • Il-lista ta' fornituri tal-kura tas-saħħa skont is-sistema pubblika tal-kura tas-saħħa tinstab fis-siti web tal-istituzzjonijiet skont il-post fejn qed toqgħod:
  • Il-lista taċ-ċentri ta' dijaliżi (bis-Slovakk biss)

Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fis-Slovakkja

Úrad pre dohľad nad zdravotnou starostlivosťou (L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-Kura tas-Saħħa)
Žellova 2
SK - 829 24 Bratislava 25
Tel: +421 2 20 856 226

Ixxerja din il-paġna