Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

ta' José Miguel Caldas de Almeidam, Koordinatur, Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali

ta' José Miguel Caldas de Almeidam, Koordinatur, Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali

Il-ħtieġa li s-saħħa mentali tkun inkluża fost l-ewwel prijoritajiet tal-aġenda tas-saħħa pubblika qed tiġi rikonoxxuta dejjem aktar fl-Ewropa f’dawn l-aħħar għexur ta’ snin u ilha prijorità tal-Kummissjoni Ewropea.  Aktar minn għaxar snin ilu, id-Direttorat għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni ppubblika Green Paper dwar l-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE dwar is-saħħa mentali, u aktar reċentement, fl-2008, nieda l-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali, li issa jinsab bi 22 lingwa. 

Abbażi tal-ħidma li saret s’issa, tnediet Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali fl-2013. L-għan huwa li jinħoloq qafas għal azzjoni politika dwar is-saħħa mentali fil-livell Ewropew u jibni fuq ħidma preċedenti żviluppata taħt il-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali.

L-Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali tiffoka fuq ħames oqsma: a) is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol b) is-saħħa mentali fl-iskejjel; c) il-prevenzjoni tad-dipressjoni u s-suwiċidju; d) l-iżvilupp ta' kura tas-saħħa mentali bbażata fuq il-komunità u soċjalment inklużiva għall-persuni b’disturbi mentali serji; u e) l-integrazzjoni tas-saħħa mentali fil-politiki kollha.

Bis-saħħa tal-Azzjoni Konġunta, gruppi ta' ħidma nazzjonali u Ewropej, bl-integrazzjoni ta’ rappreżentanti tal-gvernijiet, l-universitajiet, il-professjonisti, l-utenti, il-familji u partijiet ikkonċernati oħra, analizzaw is-sitwazzjoni fl-Ewropa f’kull wieħed mill-ħames oqsma. Bil-kollaborazzjoni ta’ esperti, dawn ġabru informazzjoni u rrevedew l-għarfien disponibbli li jista' jikkontribwixxi biex itejjeb l-effikaċja u s-sostenibbiltà tal-inizjattivi futuri.

Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, kull Pakkett ta’ Ħidma abbozza r-rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni li issa se jiġu diskussi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. L-ewwel Rapport (dwar is-Saħħa Mentali fuq il-post tax-xogħol) kien ippreżentat uffiċjalment f’Berlin, f’Novembru 29-30. L-oħrajn se jiġu ppreżentati dalwaqt. Li nbiddlu dawn ir-rakkomandazzjonijiet f’għodod effettivi għall-azzjoni hija sfida u opportunità li ma nistgħux nitilfu.

Is-Saħħa Mentali

Aktar dwar din it-tema