Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tal-KE għall-Konsumaturi u s-Saħħa, responsabbli għad-Direttorati B, C u D

Minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tal-KE għall-Konsumaturi u s-Saħħa, responsabbli għad-Direttorati B, C u D

L-infezzjonijiet reżistenti għall-antibijotiċi qed ikomplu jiżdiedu b’pass allarmanti. Dan joħloq theddida serja għas-saħħa tal-bniedem. Wieħed mill-pedamenti tagħna ta’ Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR) huwa li jittejjeb l-użu prudenti tal-antibijotiċi - u dan fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja wkoll.

Għalhekk nappoġġja lill-Istati Membri tal-UE fl-isforzi tagħhom biex jinfurmaw il-pubbliku ġenerali dwar l-importanza tal-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobiċi. Fil-Jum Ewropew dwar l-Għarfien tal-Antibijotiċi, immarkat fit-18 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni, id-WHO u diversi partijiet interessati qed jagħmlu sħubijiet maċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard fit-tħejjija ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u fl-ippjanar tal-attivitajiet biex titqajjem kuxjenza. Il-punt fokali għall-partijiet interessati tal-ECDC tal-avveniment ta' din is-sena se jkun “l-awtomedikazzjoni”, u fit-18 tax-xahar se jkun organizzat twitter chat globali.

Barra minn hekk, qed nippruvaw nifhmu aħjar il-kawżi tal-użu ħażin tal-antibijotiċi, sabiex inkunu aktar nistgħu nibdlu l-imġiba tagħhom — l-imġiba tal-pazjenti individwali, it-tobba u l-ispiżjara. Ħafna drabi, l-antibijotiċi jiġu preskritti u użati għalxejn bħala “twissija” jew “miżura preventiva”, bir-riskju li dawn ma jibqgħux effettivi fit-tul. Hawnhekk għandna bżonn għodod dijanjostiċi aħjar bħala bażi għal drawwiet ta’ preskrizzjoni. Testijiet rapidi huma meħtieġa biex jgħinu lit-tobba jiddeċiedu meta jippreskrivu antibijotiċi f’każ ta’ infezzjoni virali u biex tiġi ffaċilitata l-aċċettazzjoni tal-pazjenti biex ma joħdux antibijotiċi. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tniedi premju għall-innovazzjoni (“premju ta’ inċentiv”), il-“Premju għat-tnaqqis tal-użu ħażin tal-antibijotiċi” fil-bidu tal- 2015, taħt Orizzont 2020.

Iżda ejjew niftakru — l-aħjar preskrizzjoni għal l-irjiħat u l-influwenza hu li nieħdu ħsieb, mhux antibijotiċi!

Antimicrobial resistance

Aktar dwar din it-tema