Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 140, IS 13 ta´ Novembru 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Ħu ħsieb, mhux antibijotiċi: l-użu prudenti tal-antibijotiċi

Minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tal-KE għall-Konsumaturi u s-Saħħa, responsabbli għad-Direttorati B, C u D

Minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tal-KE għall-Konsumaturi u s-Saħħa, responsabbli għad-Direttorati B, C u D

L-infezzjonijiet reżistenti għall-antibijotiċi qed ikomplu jiżdiedu b’pass allarmanti. Dan joħloq theddida serja għas-saħħa tal-bniedem. Wieħed mill-pedamenti tagħna ta’ Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR) huwa li jittejjeb l-użu prudenti tal-antibijotiċi - u dan fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja wkoll.

Għalhekk nappoġġja lill-Istati Membri tal-UE fl-isforzi tagħhom biex jinfurmaw il-pubbliku ġenerali dwar l-importanza tal-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobiċi. Fil-Jum Ewropew dwar l-Għarfien tal-Antibijotiċi, immarkat fit-18 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni, id- [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

ARPEC - Reżistenza tal-Antibijotiċi u l-Preskrizzjonijiet għat-Tfal Ewropej

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

"Ġisem mimli ħajja", ta' Kim Verhaeghe, ir-rebbieħ nazzjonali 2012 għall-Belġju

“Meta l-mediċina ma taħdimx”, ta' Ben Hirschler u Kate Kelland, rebbieħa fl-2011 tal-ewwel premju globali u rebbieħa nazzjonali tar-Renju Unit

"It-telfa tal-ġlieda kontra s-supermikrobi", ta' Gary Finnegan, ir-rebbieħ nazzjonali 2011 għall-Irlanda

‘It-tmiem tal-antibijotiċi”, ta' Monika Poskaityte, ir-rebbieħa 2011 nazzjonali għal-Litwanja

“Il-batterji jisfidaw lill-pazjenti tal-prostata", ta' Anna Larsson, rebbieħa nazzjonali 2011 għall-Isvezja

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Speċjalisti ewlenin jattendu sessjoni ta' ħidma dwar il-virus tal-Ebola f’ambjenti tal-kura tas-saħħa  »

L-ispeċjalisti prominenti dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet involuti fl-ippjanar ta’ stat ta’ tħejjija għall-ġestjoni tal-Ebola fl-Ewropa ġew il-Lussemburgu fl-4 ta’ Novembru għal sessjoni ta' ħidma dwar il-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-vajrus tal-Ebola f’ambjenti tal-kura tas-saħħa. Ara l-aġġornamenti tal-Ebola hawnhekk.

Ġie diskuss l-Istat tas-Saħħa tat-Tilqim fl-UE f’Ruma fit-3 ta’ Novembru  »

Il-Ministru tas-Saħħa Taljana Beatrice Lorenzin u d-Direttur tas-saħħa pubblika ta' DĠ Sanco John Ryan kienu fost il-kelliema ta’ livell għoli f’din il-konferenza, fejn is-suġġetti inkludew kollox mill-ħosba u u l-influwenza sal-ostakli biex jiġi aċċttat il-vaċċin tal-influwenza.

Ir-riżultati tal-konferenza “Is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol” għandhom jgħinu jsawru rakkomandazzjonijiet  »

Il-konferenza tad-29 u t-30 ta’ Ottubru saret f’Berlin taħt l-Azzjoni Konġunta għas-Saħħa Mentali u l-Benesseri biex jiskambjaw mudelli ta’ appoġġ għall-ġestjoni ta’ mard mentali fuq il-post tax-xogħol. Ir-riżultati se jservu ta’ qafas għal azzjoni dwar is-saħħa mentali u l-benessri.

In-Netwerk dwar il-Valutazzjonijiet tat-Teknoloġija tas-Saħħa jadotta l-istrateġija tiegħu għall-kooperazzjoni tal-UE  »

L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA) adottaw strateġija biex jistabbilixxu l-qafas għal kooperazzjoni Ewropea dwar l-HTA.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Dikjarazzjoni mill-Koordinatur tal-Ebola u l-Kummissarju propost tal-UE Christos Stylianides  »

Il-koordinatur il-ġdid tal-UE għar-rispons tal-Ebola Christos Stylianides qal li l-Istati Membri kienu għamlu biċċa xogħol tajba ħafna b’diversi tipi ta’ assistenza u li “issa jeħtieġ insaħħu l-azzjoni u niżguraw li dawn l-elementi jaħdmu bħala rispons Ewropew komuni”.

L-Unjoni Ewropea se talloka €24.4 miljun aktar f'finanzjament għar-riċerka dwar l-Ebola  »

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se talloka €24.4 miljun mill-baġit tal-UE għar-riċerka dwar l-Ebola, li hija meħtieġa b'mod urġenti. Il-finanzjament se jmur għal ħames proġetti, li jvarjaw minn prova klinika fuq skala kbira b’potenzjal ta’ tilqim, għall-ittestjar ta' komposti eżistenti u ġodda għat-trattament tal-Ebola.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Id-diskussjonijiet li għaddejjin dwar miżuri mmirati biex jiffaċilitaw il-ħajja ta’ pazjenti bil-marda Coeliac  [Malta]  »

Il-Gvern Malti jixtieq jagħmel il-ħajja tal-pazjenti li għandhom dil-marda aktar faċli. Qed jikkunsidra l-introduzzjoni ta’ skemi ġodda biex ikun hemm aċċess għal prodotti mingħajr glutina, skont is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne. Madwar 1.2% tal-adulti Ewropej għandhom il-marda coeliac.

Prevenzjoni u kontroll tal-influwenza staġjonali: rakomandazzjonijiet għall-istaġun 2014-15  [Italja]  »

Il-Ministeru tas-Saħħa ħareġ struzzjonijiet annwali dwar il-miżuri kontra l-influwenza staġjonali. Gruppi f’riskju huma mistiedna jieħdu t-tilqima kontra l-influwenza.

Avvenimenti li ġejjin 

Laqgħa mal-Professjonijiet tas-Saħħa u oħrajn li x’aktarx jiġu f’kuntatt ma’ pazjenti tal-Ebola (il-Lussemburgu, 13 ta’ Novembru)  »

Din il-laqgħa, organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, se tkopri attivitajiet tal-Ebola fil-livell tal-UE, is-sitwazzjoni attwali u kif l-organizzazzjonijiet jistgħu jinfurmaw il-gruppi fil-mira tagħhom. Se tidentifika wkoll l-oqsma għal appoġġ min-naħa tal-UE u għal azzjonijiet konġunti possibbli.

Is-Sigurtà tas-Saħħa — Kif nistgħu nibbenefikaw minn proġetti Ewropej (Brussell, 13-14 ta’ Novembru 2014)  »

azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm tas-Saħħa 2008-2013, u biex juru kif ir-riżultati tagħhom ikunu jistgħu jintużaw biex jittejbu l-kapaċitajiet ta’ rispons fil-pajjiżi tal-UE lejn it-theddid għas-saħħa.

Simpożju 2014 tal-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Telematika tas-Saħħa (Brussell, 25-26 ta’ Novembru 2014)  »

Il-konferenza dwar "l-innovazzjoni għal riżultati aħjar fil-kura tas-saħħa u dik soċjali”, hija l-post għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-użu ta’ servizzi innovattivi fis-saħħa u l-kura soċjali u r-rabta tagħhom mas-saħħa; komunitajiet ta’ kura integrati; telemediċina, Dejta Kbira/Saħħa Kbira u aktar.

Il-Konferenza tal-Presidenza Taljana: Id-dimenzja fl-Ewropa: sfida għall-ġejjieni tagħna lkoll (Ruma, 14 ta' Novembru 2014)  »

F’Ewropa li qed tixjieħ, id-dimenzja hija kawża ewlenija ta’ diżabilità u r-raba’ kawża ta’ mewt għal dawk li għandhom 'il fuq minn 65 sena. Din il-konferenza ser tixħet dawl fuq strateġiji Taljani u Ewropej għad-dimenzja. Se tiffoka fuq il-prevenzjoni, il-kura, u l-promozzjoni tas-saħħa għall-anzjani.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

L-Alleanza dwar is-Saħħa u l-Ambjent (HEAL) Reviżjoni Annwali 2013  »

Turi s-suċċessi tal-membri u l-imsieħba f’diversi oqsma ta’ politika (ambjent u saħħa, klima u enerġija, il-kwalità tal-arja u l-kimiċi), u din l-edizzjoni tenfasizza l-10 anniversarju ta' HEAL u tinkludi taqsima ġdida dwar il-prevenzjoni tal-mard u l-ambjent.

Fl-edizzjoni li jmiss

Hiv/Aids

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk