Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Interessanti ħafna, oriġinali u intensi huma aġġettivi li bihom nixtieq niddeskrivi t-tliet artikli rebbieħa li kelli l-unur li nippremja waqt iċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet tal-5 edizzjoni tal-Premju tal-UE għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa fi Brussell fit-8 ta’ April. Dawn l-artikli kienu magħżula fost aktar minn 850 artiklu sottomess minn ġurnalisti minn madwar l-UE.

Fost lista qasira ta’ 28 artiklu eċċellenti spikka dak tar-rebbieħ tal-ewwel premju, Henk Blanken mill-Pajjiżi l-Baxxi b'artiklu li jżommok "Ir-Ras ta' Carel". L-istorja tiegħu ssegwi żagħżugħ bil-marda tal-Parkinson mid-dijanjosi sal-kura, u tagħti spjegazzjoni dettaljata u emozzjonali tal-kirurġija ġdida li ngħatalu.

It-tieni post ingħata lil tim ta’ żewġ ġurnalisti – Christiane Hawranek u Marco Maurer mill-Ġermanja. L-artiklu intelliġenti tagħhom bi "stil dokumentarju" li jġib l-isem ta' "It-Traffikanti tal-Pazjenti" jenfasizza l-problema li għadha ma ġietx rikonoxxuta b'mod wiesa' fl-Ewropa dwar il-prattiki dubjużi f'kura medika mhux regolata bejn il-fruntieri.

Għat-tielet premju kien hemm Mette Dahlgaard mid-Danimarka għall-artiklu "Qed Noqtol lil Xi Ħadd?" Fl-artiklu oriġinali tagħha hi tirrakkonta l-istorja ta' donatur tal-isperma li jiskopri li kellu ġene ta' forma ereditarja ħafna ta' kanser, iżda li jaħbat ma ħajt tal-brikks meta jipprova jsib mezz biex javża tfal li potenzjalment setgħu jiġu affettwati.

Nixtieq nirringrazzja l-ġurnalisti li pparteċipaw, u l-kollegi, li taw suċċess lil dan il-Premju. Tassew kburi li ninsab f'pożizzjoni li nuri t-talent tal-aqwa ġurnalisti Ewropej fil-qasam tas-saħħa. Nistidinkom taqraw l-artikli tagħhom.

Il-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa.

Aktar dwar din it-tema