Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Minn, Philippe Roux, Kap tal-Unità, DĠ SANCO, Unità C4, Determinanti tas-Saħħa

Minn, Philippe Roux, Kap tal-Unità, DĠ SANCO, Unità C4, Determinanti tas-Saħħa

Biżżejjed inħarsu lejn iċ-ċifri u ż-żaqq dejjem tikber tal-Ewropej biex naraw li l-obeżità qed tiżdied. L-obeżità fit-tfal hi xejra partikolarment inkwetanti, li tista' twassal għal ħajja mimlija problemi tas-saħħa bħad-dijabete, il-mard tal-qalb u mard kroniku ieħor.

Bħala medja fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, 17% tal-popolazzjoni adulta hi obeża. 52% tal-popolazzjoni adulta hi meqjusa li għandha piż żejjed jew li hi obeża. Dan ifisser li wieħed minn kull żewġ adulti u kważi wieħed minn kull tlett itfal għandhom piż żejjed jew huma obeżi.

L-Unjoni Ewropea hija impenjata b’mod attiv fil-ġlieda kontra l-obeżità. Il-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni fir-rigward ta’ dan permezz ta', fost oħrajn, l-Istrateġija għall-Ewropa dwar in-nutrizzjoni, il-piż żejjed u kwistjonijiet ta’ saħħa relatati mal-obeżità u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika u l-Pjattaforma tal-UE għal Azzjoni fuq id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa.

L-Istrateġija dan l-aħħar saritilha valutazzjoni esterna indipendenti biex tiddetermina l-effettività tagħha u sa liema punt kisbet l-għanijiet tagħha biex tippromwovi stili ta’ ħajja aktar tajbin għas-saħħa.
Ir-rapport ta’ valutazzjoni sostna t-tkomplija tal-Istrateġija u l-implimentazzjoni tal-istrumenti tagħha. Is-sejbiet enfasizzaw ukoll li t-tkomplija tal-koordinazzjoni fil-livell tal-UE mill-Kummissjoni hi meħtieġa biex jiżdiedu l-iżviluppi ta’ politika u azzjonijiet. Instab ukoll li d-DĠ SANCO irnexxilu jintegra t-tħassib dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika f’politiki oħrajn tal-UE.

Fil-laqgħa tal-Grupp ta’ Livell Għoli u l-Pjattaforma f’Ġunju 2013, il-Kummissarju Borg ikkonferma t-tkomplija tal-istrateġija, u biex timxi ‘l quddiem, il-Kummissjoni identifikat gruppi u tfal f’livell soċjo-ekonomiku aktar baxx bħala gruppi ta’ mira għall-azzjoni, kif ukoll aktar enfasi fuq il-promozzjoni tal-attività fiżika.

Il-membri tal-Grupp ta’ Livell Għoli impenjaw ruħhom li jżidu l-isforzi tagħhom biex iwaqqfu x-xejriet inkwetanti tal-obeżità permezz ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar l-obeżità fit-tfal, li se jiddiskutu f’Novembru 2013.

Strateġija dwar in-nutrizzjoni

Aktar dwar din it-tema