breadcrumb.ecName

Panorama - Stories from Regional and urban policy

Ewropa Ekoloġika u Diġitali

It-tim MMB jirbaħ il-Gran Sfida tal-Polonja għall-iżvilupp ta’ teknoloġija tal-enerġija eolika

Aneta Ruzik, maniġer tal-programm għall-Gran Sfida tal-Polonja – Enerġija, titkellem ma’ Panorama dwar l-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni, li ntrebħet mit-tim MBB ta’ Gdańsk, immexxi mill-Professur Krzemiński, għall-aħjar prototip ta’ impjant domestiku tal-enerġija eolika. Il-Gran Sfida – Enerġija kienet kompetizzjoni miftuħa għall-innovaturi, l-inventuri, ir-riċerkaturi, l-istudenti, li tiffoka fuq l-enerġija rinnovabbli. L-isfida kienet li jiġi ddisinjat u ppreżentat apparat ġdid li jibdel ir-riħ fl-enerġija elettrika u jaħżen l-enerġija bl-aktar mod effiċjenti. Il-kompetizzjoni għandha l-għan li tindirizza l-isfidi soċjoekonomiċi relatati mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, billi ssib soluzzjonijiet lokali u faċli biex jiġu implimentati biex jitnaqqsu t-tniġġis tal-arja u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Is-soluzzjoni żviluppata fl-isfida tista’ tipprovdi mezz għall-aċċess tal-elettriku lil hinn mill-grilja u fuq kollox tikkontribwixxi għall-iffrankar fl-unitajiet domestiċi. Ir-rebbieħ ingħata premju ta’ PLN Miljun mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni (FEŻR).

Is-servizzi ġodda tal-mobbiltà jixprunaw bliet aktar b’saħħithom

Il-politiki u l-proġetti tal-UE qed jgħinu lill-ibliet biex jintroduċu għażliet tat-trasport li jtejbu l-kwalità tal-arja u s-saħħa pubblika.

Il-bliet tal-Ewropa jiksbu suċċess permezz ta’ approċċi ekoloġiċi

Hemm firxa ta’ għodod u appoġġ għall-finanzjament disponibbli biex jgħinu lill-bliet tal-Ewropa fit-tranżizzjoni lejn żvilupp urban aktar ekoloġiku u aktar sostenibbli. Dawn jinkludu linji gwida tal-UE dwar akkwist ekoloġiku. Xi bliet diġà qed jagħmlu l-aħjar użu minn dak li qed jiġi offrut biex itejbu l-istrateġiji tagħhom għall-ippjanar tal-iżvilupp urban u biex iniedu proġetti innovattivi.