breadcrumb.ecName

Panorama - Stories from Regional and urban policy

Punti Fokali

Kif ninvolvu liċ-ċittadini fit-tfassil tal-azzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni

Dan huwa t-tieni mit-tliet Artikoli dwar proġetti li jinvolvu liċ-ċittadini fit-tfassil, fil-monitoraġġ u fil-valutazzjoni ta’ kif jintefqu l-fondi ta’ koeżjoni tal-UE fir-reġjun tagħhom. Skopri sitt proġetti oħra, u kif tista’ tkun fost l-ewwel li tisma’ dwar il-passi li jmiss tad-DĠ REGIO biex ittejjeb l-involviment taċ-ċittadini.

Il-bidliet fir-regoli tal-fondi ġestiti mill-UE jnaqqsu l-burokrazija

Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK), li jistabbilixxi regoli komuni għall-fondi ta’ ġestjoni kondiviża tal-UE, sar aktar sempliċi u aktar adattabbli, li jippermetti lill-pajjiżi u lir-reġjuni tal-UE jaċċessaw u jużaw il-finanzjament aktar malajr meta jkun hemm sfidi mhux mistennija. Ir-rekwiżiti għal komunikazzjoni u trasparenza aħjar se jkunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini.