Mogħdija tan-navigazzjoni

L-IMI TGĦIN FL-INFORZAR TAL-GDPR

Is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) ilha sservi ta’ pjattaforma tal-IT li tiżgura l-implimentazzjoni korretta tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) mill-25 ta’ Mejju 2018.

Skont il-GDPR, l-awtoritajiet superviżorji (SA) tal-Istati Membri jistgħu jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw il-protezzjoni konsistenti tad-drittijiet għall-protezzjoni tad-data tal-individwi fl-Unjoni Ewropea kollha.

Issa, aktar minn qatt qabel, l-assistenza reċiproka u l-koordinazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet f’każijiet ta’ protezzjoni tad-data transfruntiera huma ta’ importanza kbira.

Barra minn hekk, il- Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data se jagħti opinjonijiet u jieħu deċiżjonijiet vinkolanti lejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data biex jarbitra pożizzjonijiet differenti dwar każijiet transfruntieri.

Dan il-grad għoli ta’ kooperazzjoni amministrattiva madwar l-Ewropa issa se jgħaddi mill-IMI.

Il-protezzjoni tad-data dejjem kienet waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin tal-IMI: il-prinċipju tal-“Privatezza fid-disinn”, fil-fatt, ġie applikat mill-bidu tal-IMI, mill-2008.

Għalhekk, din is-sena, minbarra li qed niċċelebraw l-10 anniversarju tal-IMI, qed ukoll niċċelebraw it-tnedija b’suċċess ta’ moduli tal-protezzjoni tad-data fis-sistema tal-IMI.

Bl-IMI, l-awtoritajiet superviżorji se jkunu jistgħu:

  • jidentifikaw l-Awtorità Superviżorja Ewlenija għal każ tranfruntier
  • jikkooperaw għar-riżoluzzjoni ta’ każijiet transfruntieri
  • jitolbu u jipprovdu assistenza lil l-SAs ta’ Stat Membru ieħor.
  • jorganizzaw operazzjonijiet konġunti li jinvolvu SAs multipli tal-Istat Membru
  • jikkonsultaw lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data sabiex jiksbu opinjoni jew deċiżjoni vinkolanti
  • ... u ħafna aktar!

L-IMI u l-GDPR: fatti u ċifri

  • Il-GDPR hu t-13-il qasam legali appoġġjat mill-IMI.
  • Biex jindirizza l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad- data, it-tim tal-IMI ħoloq 14-il modulu tal-IMI, 19-il formola u aktar minn 10.000 qasam tad-data ġodda.
  • Fil-25 ta’ Mejju, infetaħ l-ewwel każ fl-IMI, u ftit wara l-awtoritajiet superviżorji bdew jikkooperaw permezz tas-sistema.
  • Bħalissa, aktar minn 60 każ transfruntier huma taħt investigazzjoni.

 

Aċċess għall-IMI

L-utenti reġistrati biss għandhom aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI)

sistema ta’ taħriġ tal-IMI

Jekk għadek ġdid/a fuq l-IMI u tixtieq tidhra s-sistema, tista' tuża s-sistema ta’ taħriġ.

Biex tagħmel dan, l-ewwel trid tirreġistra.

Għadek m'intix irreġistrat?

Ir-rikjesta tiegħek għar-reġistrazzjoni trid tiġi approvata minn koordinatur nazzjonali tal-IMI. Huma awtoritajiet kompetenti biss li jistgħu jitolbu reġistrazzjon fl-IMI.