Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Guntis Belēvičs, il-Ministru tas-Saħħa tar-Repubblika tal-Latvja

minn Guntis Belēvičs, il-Ministru tas-Saħħa tar-Repubblika tal-Latvja

Il-ġimgħa d-dieħla, se jkolli l-unur li nospita l-Konferenza dwar l-istili ta' ħajja tajbin għas-saħħa f'Riga, organizzata taħt il-Presidenza tal-Latvia. Dan l-avveniment se jenfasizza kemm l-importanza ta’ dieti tajbin għas-saħħa u l-attività fiżika favur is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll ir-rilevanza diretta tagħhom għall-prestazzjoni tal-ekonomija tal-UE.

Fil-preżent, aktar minn nofs l-adulti Ewropej għandhom piż żejjed jew huma obeżi. Sakemm dan ikun il-każ, il-mard tal-qalb, il-mard taz-zokkor u ċerti kansers se jkomplu jkunu ta' theddida għall-kwalità ta' ħajjitna, għas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u għall-vitalità tal-ekonomija tagħna.

Barra minn hekk, qed titfaċċa quddiemna ġenerazzjoni ta’ tfal bi prevalenza għolja ta’ obeżità. Dawn qed jirriskjaw li jkollhom kwalità ta’ ħajja mnaqqsa issa u fil-ġejjieni. Dawn it-tfal jiffaċċjaw probabbiltà għolja ta’ obeżità permanenti matul ħajjithom bit-theddida li dan isir ċirku vizzjuż. Barra minn hekk, bħala kontributuri tat-taxxi futuri, dawn jistgħu jispiċċaw iħallsu għal kura tas-saħħa aktar għalja billi s-sistemi jsiru aktar u aktar stressjati bin-nefqa dejjem tiżdied tal-mard kroniku.

L-istampa l-oħra – l-aħbar it-tajba – hi li dan il-mard kollu jista' bil-bosta jiġi evitat. Nistgħu nevitaw dawn ir-riżultati aktar koroh għax huma assoċjati b'mod qawwi mal-istil ta' ħajja tagħna, prinċipalment mad-dieti u mal-livell ta' attività fiżika tagħna. Dan ifisser li aħna ma jkollniex għalfejn nistennew għal skoperti xjentifiċi jew kumpass maġiku biex inkunu nafu d-direzzjoni fejn sejrin. Fil-fatt, din il-konferenza tenfasizza kemm hu importanti li jiġi segwit dak li hu bażiku. Nistgħu niksbu ħafna affarijiet billi niżguraw li wliedna jkollhom aċċess għal ikel ibbilanċjat u tajjeb għas-saħħa fl-iskejjel u l-kindergardens, li jixorbu ħafna ilma, u li jinvolvu ruħhom f'attività fiżika b'mod regolari.

Fl-istess ħin, hu wkoll importanti li nipproteġuhom minn pubbliċità aggressiva u nillimitaw il-ħin tagħhom quddiem l-iskrin, filwaqt li nagħmlu l-aħjar li nistgħu bil-potenzjal tas-saħħa ta' applikazzjonijiet mobbli u teknoloġiji moderni biex nedukaw u ninfurmaw lit-tfal dwar stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa. Ovvjament, biex dan il-proċess ta' bidla jaħdem, jeħtiġilna nappellaw u nkunu aktar insistenti mal-partijiet ikkonċernati.

Mil-lat politiku, jeħtiġilna jkollna u nżommu strateġija soda, nimmiraw l-azzjoni tagħna u nużaw ir-riżorsi b'mod effettiv. Nittama u nemmen li din il-konferenza se tikkontribwixxi eżattament għal dawn l-għanijiet.

Healthy Environments

Aktar dwar din it-tema