Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa - Verżjoni 14

X'inhi l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa?

Karta b’xejn li tista’ tiksibha mingħajr ħlas u li tagħtik aċċess għal kura tas-saħħa medikament meħtieġa u pprovduta mill-Istat waqt soġġorn temporanju fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi tal-UE, flimkien mal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit, taħt l-istess kundizzjonijiet u bl-istess prezz (mingħajr ħlas f’xi pajjiżi) bħall-persuni assigurati f’dak il-pajjiż. Il-benefiċċji koperti jinkludu, pereżempju, benefiċċji pprovduti fir-rigward ta’ mard kroniku jew eżistenti kif ukoll fir-rigward ta’ tqala u ħlas.

Il-karti jinħarġu mill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek.

Importanti – il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa:

  • mhijiex alternattiva għall-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar. Ma tkoprix il-kura tas-saħħa privata jew l-ispejjeż bħat-titjira lura lejn pajjiżek jew proprjetà mitlufa/misruqa,
  • ma tkoprix l-ispejjeż jekk tkun qed tivvjaġġa għar-raġuni speċifika li tikseb trattament mediku.
  • ma tiggarantixxix servizzi b’xejn. Peress li s-sistema tal-kura tas-saħħa ta’ kull pajjiż hija differenti, servizzi li huma bla ħlas f’pajjiżek jistgħu ma jkunux b’xejn f’pajjiż ieħor.

Jekk jogħġbok innota li: meta ċċaqlaq ir-residenza abitwali tiegħek lejn pajjiż ieħor, għandek tirreġistra mal-formola S1 minflok tuża l-EHIC biex tirċievi kura medika fil-pajjiż il-ġdid ta’ residenza abitwali tiegħek.

Ixxerja din il-paġna