Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Isvizzera

Emerġenza

Gemeinsame Einrichtung KVG
(Istituzzjoni Komuni taħt l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa)
Tel: +41 32 625 30 30
Email: info@kvg.org


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Bl-iskema Żvizzera tal-assigurazzjoni tas-saħħa, tista' tikkonsulta kwalunkwe tabib irreġistrat.
  • Normalment, ikollok tħallas l-ispiża sħiħa tat-trattament u titlob rimborż aktar tard (ara rimborż).

Dentisti

  • L-EHIC tiegħek ma tkoprix il-kura tas-snien ħlief f’każ ta’ aċċident, marda serja fis-sistema mastikatorja jew xi mard serju ieħor skont il-liġi Żvizzera.

Kura fi sptar

  • F'każ ta' emerġenza, mur direttament fid-dipartiment tal-emerġenza ta' kwalunkwe sptar pubbliku.
  • Għal kura mhux urġenti, se jkollok tiġi riferut għal sptar pubbliku minn tabib.
  • Jekk tiddaħħal l-isptar, il-fattura tmur direttament għand il-Gemeinsame Einrichtung KVG.
  • Il-Gemeinsame Einrichtung KVG tħallas l-ispejjeż tal-kura medika f'sala ġo sptar pubbliku.
  • Jekk tagħżel li tmur fi sptar privat jew f'sala semiprivata jew privata ta' sptar pubbliku, ikollok tħallas id-differenza.

Riċetti

  • Tingħata l-flus tal-mediċini bir-riċetta sakemm ikunu elenkati fil-lista uffiċjali tal-mediċini koperti.

Ambulanza

  • Is-sistema tal-kura tas-saħħa tħallas sa 50% tan-nefqa - sa mhux aktar minn CHF 500 kull sena kalendarja. Ikollok tħallas il-bqija int stess.
  • Il-bqija tal-ispejjeż mhumiex rimborżabbli fl-Iżvizzera.

Ambulanza tal-ajru u salvataġġ f’emerġenza

  • Is-sistema tal-kura tas-saħħa tħallas 50% mill-ispiża tas-salvataġġ ta' emerġenza - sa mhux aktar minn CHF 5000 kull sena kalendarja. Ikollok tħallas il-bqija int stess.
  • Il-bqija tal-ispejjeż mhumiex rimborżabbli fl-Iżvizzera.

Rimborż

  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, tista’ tibgħat il-kont oriġinali, kopja tal-EHIC tiegħek u l-karta tal-identità tiegħek lil

Gemeinsame Einrichtung KVG
(Istituzzjoni Komuni taħt l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa)
Industriestrasse 78
CH-4600 Olten
Tel: +41 32 625 30 30
Email: info@kvg.org

  • Inkludi d-dettalji tal-bank (IBAN, BIC, indirizz) għal transfer ta' malajr u mingħajr spejjeż.
  • Jekk ma rnexxilekx tibgħat talba waqt iż-żjara tiegħek, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tasal lura f'pajjiżek.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Se jkollok tħallas tariffa standard għal kull perjodu ta' 30 jum ta' kura (attwalment CHF 92 għall-adulti u CHF 33 għal dawk li għandhom 18-il sena u anqas).
  • F’każ ta’ permanenza in-patient, l-adulti jridu jħallsu kontribuzzjoni addizzjonali ta’ kuljum ta’ CHF 15. Dawk li għandhom anqas minn 18-il sena, studenti żgħażagħ (sa 25 sena) u n-nisa li qed jirċievu servizzi ta’ maternità ma jħallsux il-kontribuzzjoni tal-isptar.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Ikkuntattja sptar jew tabib fiż-żona fejn se tkun qed toqgħod qabel sew ma tivvjaġġa biex tibbukkja l-kura.

Kif napplika għal EHIC?

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fl-Iżvizzera

Għal applikazzjoni għal EHIC jekk jogħġbok ikkuntattja direttament lill-assiguratur tas-saħħa Żvizzeru (KVG) tiegħek.

Fejn jaċċettaw l-EHIC

  • M’hemm ebda link b’lista ta’ tobba u sptarijiet fl-Iżvizzera li jaċċettaw l-EHIC.
  • L-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri tal-kura tas-saħħa issibhom fis-siti web www.spitalfinder.ch u www.doctor.ch.

Kard mitlufa jew misruqa

Informazzjoni għad-detenturi tal-EHICs maħruġa fl-Iżvizzera

  • L-assiguratur tas-saħħa tiegħek (KVG) joħroġ ċertifikat provviżorju ta’ sostituzzjoni.

  • F’każijiet urġenti, iċ-ċertifikat provviżorju ta’ sostituzzjoni jista’ jintbagħat lilek bil-fax jew bl-email fil-pajjiż fejn tkun qed toqgħod.

Ixxerja din il-paġna