Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-Litwanja

Emerġenza

Ċempel il-112
 

Valstybinė ligonių kasa - VLK (Fond Nazzjonali tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa)
Tel: +370 5 232 2222
Email: info@vlk.lt

Informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa disponibbli għal min għandu Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea fil-Litwanja

 


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Biex tieħu dak li tista’ mill-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek, trid tmur għand tabib li jaħdem ma' istituzzjoni għall-kura tas-saħħa li għandu kuntratt ma' wieħed mill-fondi territorjali tal-assikurazzjoni medika.
  • Il-kura hija bla ħlas jekk turi l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek u l-passaport.

Dentisti

  • Il-kura tas-snien hija bla ħlas jekk tmur għand dentist li jaħdem b'kuntratt ma' wieħed mill-fondi tal-assikurazzjoni tas-saħħa territorjali.
  • Tiġi ċċarġjat għall-materjali kollha użati, eż. il-mili tas-snien.
  • Madwar 80% tad-dentisti fil-Litwanja jaraw in-nies b'mod privat. Dan ifisser li meta tħallashom, ma tiħux il-flus lura.

Kura fi sptar

  • Tista' tmur fid-dipartiment tal-aċċidenti u l-emerġenza ta' kwalunkwe sptar fil-Litwanja. Għandek turi l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek u l-passaport malli tiddaħħal l-isptar.
  • Fil-każijiet kollha l-oħra, se jkollok bżonn riferiment mit-tabib. Jekk tmur għal kura mhux ta' emerġenza fi sptar mingħajr riferiment, ikollok tħallas kollox int.

Riċetti tat-tabib

  • Parti mill-prezz tal-mediċini bir-riċetta ssussidjati hija koperta mill-fond nazzjonali tal-assikurazzjoni tas-saħħa (Valstybinė ligonių kasa - VLK). Trid tħallas il-bqija tal-prezz. Ikollok tħallas il-prezz sħiħ ta' kull mediċina li mhijiex fil-lista nazzjonali tal-prezzijiet tal-mediċini bir-riċetta.

Ambulanza

  • It-trasport bl-ambulanza hu bla ħlas.

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Rimborż

  • Inti tħallas biss is-sehem tiegħek tal-ispejjeż tal-kura.
  • Dawn l-ammonti m’hemmx rimborż għalihom fil-Litwanja.
  • Jekk kellek tħallas għall-kura, għandek tikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • M’hemmx kopagamenti għas-servizzi tal-kura tas-saħħa.
  • Il-pazjent ikopri parti mill-ispiża tal-mediċini sussidjati. Il-kopagament jiddependi mit-tip ta’ mediċina. Dan m’għandux ikun aktar minn € 4.71 jew 20% tal-prezz ta’ referenza tal-mediċina ssussidjata. Mill-1 ta’ Lulju 2023: Dan m’għandux ikun aktar minn €5.87 jew 25% tal-prezz ta’ referenza tal-mediċina ssussidjata.
  • Il-livell ta' rimborż jiddependi fuq il-farmaċewtiku u l-marda.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • L-EHIC tiegħek tkopri l-provvista tad-dijaliżi renali u l-kimoterapija fil-Litwanja.
  • Biex tieħu dawn is-servizzi trid tirranġa u tibbukkja l-kura medika meħtieġa qabel ma tivvjaġġa.

Kif napplika għal EHIC?

  • Mhi disponibbli ebda informazzjoni għal-Litwanja

Fejn jaċċettaw l-EHIC

  • L-informazzjoni dwar l-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa li għandhom kuntratt mal-fondi territorjali tal-assikurazzjoni medika, hi disponibbli fuq is-sit web (temporanjament disponibbli fil-lingwa Litwana biss)

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal kull min għandu EHIC li nħarġet fil-Litwanja

Informazzjoni ta’ kuntatt ta’ THIFs:

Fond tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Territorjali ta’ Vilnius

Ž. Liauksmino str. 6, 01101 Vilnius, Litwanja Telefown: + 370 5  232 2222

Fax: (+370 5) 279 1424, Email: vitlk@vlk.lt, https://ligoniukasa.lrv.lt

Fond tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Territorjali ta’ Kaunas

Aukštaičių str. 10, 44147 Kaunas, Litwanja Telefown: + 370 5  232 2222

Fax: (+370 37) 320636, Email: kainf@vlk.lt, https://ligoniukasa.lrv.lt

Fond tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Territorjali ta’ Klaipeda

Pievų Tako str. 38, 92236 Klaipėda, Litwanja Telefown: + 370 5  232 2222

Fax: (+370 46) 381481, E-mail: kltlk@vlk.lt, https://ligoniukasa.lrv.lt

Fond tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Territorjali ta’ Siauliai

Vilniaus str. 273, 76332 Šiauliai, Litwanja Telefown: + 370 5  232 2222

Fax: (+370 41) 526528, Email: sitlk@vlk.lt, https://ligoniukasa.lrv.lt

Fond tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Territorjali ta’ Panevezys

Respublikos str. 66, 35158 Panevėžys, Litwanja Telefown: + 370 5  232 2222

Fax: (+370 45) 583789, Email: patlk@vlk.lt, https://ligoniukasa.lrv.lt

Ixxerja din il-paġna