Aġenziji u msieħba
Il-Kummissjoni Ewropea taħdem ma’ għadd kbir ta’ msieħba billi:
- Torganizza konsultazzjonijiet pubbliċi biex jinstabu l-opinjonijiet qabel ma nieħdu inizjattivi ta’ politika ewlenija.
- Tgħin lill-gvernijiet nazzjonali jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex joħolqu l-impjiegi, jagħmlu l-pensjonijiet sostenibbli u jsolvu l-faqar u l-esklużjoni soċjali.
- Tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi sħab biex tippromwovi xogħol deċenti.
- Iżżomm kuntatt tajjeb mar-rappreżentanti tat-trejdjunjins u l-kumpaniji Ewropej – "l-imsieħba soċjali". Leħqu għadd kbir ta' ftehimiet fil-livell Ewropew, u xi wħud mill-ftehimiet saru leġiżlazzjoni li torbot.
- Tikkollabora mal-awtoritajiet nazzjonali fit-tmexxija tal-iffinanzjar tal-UE, partikolarment mal-Fond Soċjali Ewropew.
- Tikkoopera ma' organizzazzjonijiet non-governattivi fis-settur soċjali.
- Tiftiehem ma' esperti mill-pajjiżi ta’ l-UE fil-qafas ta’ kumitati tekniċi varji.
- Tikkoopera mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, il-Fondazzjoni Ewropea dwar il-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u x-Xogħol, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ.