Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Maria Iglesia Gomez, il-Kap tal-Unità “Is-sistemi tal-kura tas-saħħa”, Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari

minn Maria Iglesia Gomez, il-Kap tal-Unità “Is-sistemi tal-kura tas-saħħa”, Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari

Liema hu l-aktar assi prezzjuż tiegħek? Xi wħud minna huma sodisfatti ħafna bil-karozza, id-dar, jew forsi d-dgħajsa tagħna. Iżda nemmen li jekk nieqfu ftit u nirriflettu b'mod sinċier, probabbilment se naqblu li dak li napprezzaw l-aktar hija s-saħħa: saħħitna u dik tal-persuni li nħobbu.

Huwa għalhekk li nonfqu ħafna flus biex nieħdu ħsiebha. Fil-fatt, il-gvernijiet tagħna stabbilixxew sistemi kumplessi biex tingħatalna l-aħjar kura. F'DĠ SANTE aħna impenjati li kontinwament intejbu s-sistemi tas-saħħa tagħna.

F’Komunikazzjoni adottata s-sena l-oħra, il-Kummissjoni tipproponi aġenda sabiex ikollna sistemi tas-saħħa li huma miftuħin u aċċessibbli, effettivi fit-titjib tas-saħħa tagħna, u li kapaċi jindirizzaw l-isfidi li jiffaċċjaw kif ukoll iwieġbu b’soluzzjonijiet innovattivi.

Kif għidna, is-sistemi tas-saħħa huma tassew kumplessi. Jinkludu ħafna professjonijiet differenti - tobba, infermiera, dentisti, biex insemmu xi ftit minnhom - u diversi organizzazzjonijiet, bħal sptarijiet, faċilitajiet ambulatorji, spiżeriji u oħrajn. Jekk irridu ntejbu kwalunkwe sistema, speċjalment jekk hi kumplessa, l-ewwel irridu nifhmu kif taħdem. Teknikament: jeħtieġ li nivvalutaw il-prestazzjoni tagħha.

B’dan l-għan fil-ħsieb, fil-ħarifa li għaddiet, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta’ esperti dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa. Dan il-grupp jirrappreżenta forum fejn il-pajjiżi jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jitgħallmu minn xulxin. Se jidentifika wkoll għodod u metodoloġiji għal valutazzjoni aħjar ta' kif jaħdmu s-sistemi tagħna, u fl-aħħar mill-aħħar, għat-titjib tagħhom.

Is-Sistemi tas-Saħħa

Aktar dwar din it-tema