Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

imressqa minn Nathalie Chaze, Kap tal-Unità tas-Sistemi tal-Kura tas-Saħħa ta' DĠ SANCO

imressqa minn Nathalie Chaze, Kap tal-Unità tas-Sistemi tal-Kura tas-Saħħa ta' DĠ SANCO

Is-sistemi tas-saħħa għandhom sehem ewlieni fis-soċjetajiet tagħna: jgħinu lil kull wieħed minna jmantni u jtejjeb saħħtu, biex b'hekk jagħmlu kontribut enormi għall-benessri tagħna lkoll.

Madanakollu, is-sistemi tas-saħħa qed jiġu aktar u aktar esposti għal bosta fatturi stressanti: il-popolazzjoni fl-Ewropa qed tixjieħ u teħtieġ aktar kura li tkun tajba; it-teknoloġiji moderni jipprovdu kura effettiva iżda din ma tiġix b'xejn; il-forza tax-xogħol tas-saħħa mhijiex imqassma tajjeb u tbati biex tlaħħaq mal-bżonnijiet, u bil-kriżi ekonomika il-gvernijiet qed ikollhom jieħdu deċiżjonijiet diffiċli b'baġits limitati.

Għal dawn ir-raġunijiet, u biex tistimola dibattitu wiesa’ dwar is-sistemi tas-saħħa fl-UE, f’April li għadda l-Kummissjoni Ewropea adottat komunikazzjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti.

Fil-fatt, bħala kondizzjoni minn qabel għal kwalunkwe konsiderazzjoni oħra, is-sistemi tas-saħħa jridu jkunu effettivi: iridu jkunu jistgħu jipproduċu riżultati pożittivi fuq is-saħħa: biex jgħinu lin-nies itejbu saħħithom.

Imma l-effettività waħedha mhijiex biżżejjed. Is-sistemi tas-saħħa jridu jkunu wkoll aċċessibbli: in-nies fil-bżonn iridu jkunu jistgħu jiksbu l-kura li jistħoqqilhom.

U fl-aħħar nett, is-sistemi tas-saħħa moderni jridu jkunu reżiljenti: iridu jkunu jistgħu jadattaw ruħhom effettivament għal ambjenti li jitbiddlu malajr, u jsolvu sfidi sinifikanti b'riżorsi limitati.

Il-Komunikazzjoni tidentifika għadd ta’ azzjonijiet li nistgħu nwettqu biex inkejlu u nżidu l-effikaċja u l-aċċessibilità kif ukoll biex intejbu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Dawn l-azzjonijiet jinkludu, pereżempju, valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa, eHealth, u l-ippjanar tal-forza tax-xogħol tal-UE fil-qasam tas-saħħa. Meħuda flimkien, dawn jibnu l-aġenda politika possibbli li tista’ tiġi żviluppata mal-Istati Membri biex jagħtu kontribut siewi għal kura tas-saħħa aħjar għall-pazjenti tal-UE u għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti

Aktar dwar din it-tema