Kif jiġu eletti u jinħatru l-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE

Iċ-ċittadini tal-UE huma ċentrali għall-proċess demokratiku tal-UE. Bil-vot tagħhom fl-elezzjonijiet Ewropej u nazzjonali, huma għandhom vuċi fil-ħatra tat-tmexxija ta’ erba’ istituzzjonijiet ewlenin tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jmexxu l-amministrazzjoni tal-UE.

Parlament Ewropew

Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Kummissjoni Ewropea

Dehra esterna tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

©Getty Images | SEBASTIEN BOZON

©Getty Images | SEBASTIEN BOZON

L-emiċiklu tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu

Is-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew tinsab fi Strasburgu, Franza, iżda ħafna mill-ħidma tiegħu titwettaq fi Brussell. Il-Membri tal-PE jiltaqgħu għas-sessjonijiet plenarji fl-emiċiklu.

Is-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew tinsab fi Strasburgu, Franza, iżda ħafna mill-ħidma tiegħu titwettaq fi Brussell. Il-Membri tal-PE jiltaqgħu għas-sessjonijiet plenarji fl-emiċiklu.

Il-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew hu l-korp leġiżlattiv tal-UE elett direttament.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew (MPEs) jirrappreżentaw l-interessi taċ-ċittadini li jkunu għażluhom. 

Il-Parlament jifforma l-liġi tal-UE flimkien mal-Kunsill tal-UE billi

  • jiddiskuti, jemenda u jadotta l-liġijiet ġodda proposti mill-Kummissjoni Ewropea
  • jiddeċiedi dwar il-baġit tal-UE u jissorvelja l-implimentazzjoni.

Il-Parlament għandu setgħat superviżorji u ta’ kontroll, li jippermettulu jissorvelja istituzzjonijiet oħrajn.

Parlament Ewropew, Kunsill Ewropew, Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u Kummissjoni Ewropea

Membri tal-Parlament Ewropew

Hemm 720 Membru tal-Parlament Ewropew għal-leġiżlatura 2024-2029.

In-numru ta’ siġġijiet allokati lil kull Stat Membru tal-UE fil-Parlament jiddependi mill-popolazzjoni tiegħu. Aktar ma tkun kbira l-popolazzjoni, aktar sa tirċievi MPE. Pereżempju, il-Ġermanja, l-Istat Membru bl-akbar popolazzjoni, għandha 96 siġġu, filwaqt li Malta, l-anqas popolata, għandha 6 siġġijiet.

In-numru ta’ MEPs eletti minn partit politiku f’pajjiż partikolari hu proporzjonali għan-numru ta’ voti li rċieva.

Gruppi politiċi

Wara l-elezzjonijiet, il-MEPs jiffurmaw gruppi politiċi u jagħżlu l-mexxejja tagħhom.  Grupp politiku jrid ikun magħmul minn tal-anqas 23 MEP elett minn tal-anqas kwart tal-Istati Membri.  

Elezzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew

Fil-bidu tal-leġiżlatura l-ġdida, il-President tal-Parlament jiġi elett mill-MEPs għal perjodu ta’ sentejn u nofs li jista’ jiġġedded. Peress li l-leġiżlatura hi ta’ ħames snin, hu possibbli li żewġ presidenti jservu matul dan il-perjodu.

Membri tal-Parlament Ewropew

Hemm 720 Membru tal-Parlament Ewropew għal-leġiżlatura 2024-2029.

In-numru ta’ siġġijiet allokati lil kull Stat Membru tal-UE fil-Parlament jiddependi mill-popolazzjoni tiegħu. Aktar ma tkun kbira l-popolazzjoni, aktar jingħata MPEs. Pereżempju, il-Ġermanja, l-Istat Membru bl-akbar popolazzjoni, għandha 96 siġġu, filwaqt li Malta, l-anqas popolata, għandha 6 siġġijiet.

In-numru ta’ MEPs eletti minn partit politiku f’pajjiż partikolari hu proporzjonali għan-numru ta’ voti li rċieva.

Gruppi politiċi

Wara l-elezzjonijiet, il-MEPs jiffurmaw gruppi politiċi u jagħżlu l-mexxejja tagħhom.  Grupp politiku jrid ikun magħmul minn tal-anqas 23 MEP elett minn tal-anqas kwart tal-Istati Membri.  

Elezzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew

Fil-bidu tal-leġiżlatura l-ġdida, il-President tal-Parlament tiġi eletta mill-MEPs għal perjodu ta’ sentejn u nofs li jista’ jiġġedded. Peress li l-leġiżlatura hi ta’ ħames snin, hu possibbli li żewġ Presidenti jservu matul dan il-perjodu.

In-numru ta’ siġġijiet għal kull pajjiż fil-leġiżlatura 2024-2029 tal-Parlament Ewropew

X’inhu r-rwol tal-President tal-Parlament Ewropew? 

Il-President hu responsabbli għall-presidenza tas-sessjonijiet plenarji u d-dibattiti u jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Parlament u tal-korpi tiegħu.

Il-bini tal-Kunsill tal-UE u tal-Kunsill Ewropew fi Brussell

Il-binjiet Justus Lipsius (xellug) u Europa (lemin) jospitaw il-Kunsill tal-UE u l-Kunsill Ewropew. ©Philippe Samyn and Partners architects & engineers - lead and design partner, Studio Valle Progettazioni architects, Buro Happold engineers

Fil-bini Europa, il-kwartieri ġenerali tal-Kunsill Ewropew

©Getty Images | NurPhoto

©Getty Images | NurPhoto

The European Council and the Council of the EU

Il-Kunsill Ewropew jiddefinixxi d-direzzjoni politika ġenerali tal-UE u l-prijoritajiet tal-UE. Hu magħmul

  • mill-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri
  • mill-presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea.

Filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata u b’qbil mal-President elett tal-Kummissjoni, il-Kunsill Ewropew jaħtar ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li hu wkoll Viċi President tal-Kummissjoni.

Il-Kunsill tal-UE hu mmexxi minn Stat Membru fuq bażi ta’ rotazzjoni u hu responsabbli għall-adozzjoni tal-liġijiet tal-UE u l-baġit tal-UE flimkien mal-Parlament.

Fil-Kunsill, il-ministri jesprimu l-fehmiet tal-gvernijiet tal-Istati Membri. Huma jiltaqgħu biex jinnegozjaw u jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki tal-UE. Il-Kunsill jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet differenti.

Parlament Ewropew, Kunsill Ewropew, Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u Kummissjoni Ewropea

Il-Kamra tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew

Il-Kamra tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew

Elezzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew

Il-President tal-Kunsill Ewropew jiġi elett mill-Kunsill Ewropew b’maġġoranza kwalifikata għal mandat ta’ sentejn u nofs, li jista’ jiġġedded darba. 

Rwol tal-President tal-Kunsill Ewropew

Il-President tal-Kunsill Ewropew jippresiedi, imexxi ’l quddiem il-ħidma tal-Kunsill Ewropew u jiffaċilita l-koeżjoni u l-kunsens tiegħu. Il-pożizzjoni ta’ President tal-Kunsill Ewropew saret rwol permanenti u full-time wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-2009.

Il-kamra fejn il-mexxejja tal-UE jiltaqgħu fil-bini Europa

Il-Kamra tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew

Il-Kamra tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew

Dehra mill-ajru tal-bini tal-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea

Il-bini Berlaymont jospita l-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell

Il-bini Berlaymont jospita l-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea hi l-fergħa eżekuttiva tal-UE. Hi

  • tipproponi liġijiet ġodda tal-UE u tiżgura li l-liġijiet tal-UE jiġu applikati b’mod korrett fl-Istati Membri kollha
  • tiżviluppa politiki, timmaniġġja l-infiq tal-baġit tal-UE
  • titkellem f’isem l-UE fix-xena globali, pereżempju fl-oqsma tal-politika kummerċjali, il-kwistjonijiet ekonomiċi jew il-politika dwar il-klima, u tinnegozja ftehimiet internazzjonali għall-UE
  • hi l-gwardjan tat-Trattati, filwaqt li tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw mat-Trattati u l-liġijiet tal-UE.
Parlament Ewropew, Kunsill Ewropew, Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u Kummissjoni Ewropea

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea jdoqq qanpiena dan ifisser il-bidu tal-laqgħa ta’ kull ġimgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea jdoqq qanpiena dan ifisser il-bidu tal-laqgħa ta’ kull ġimgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji

Rwol tal-President tal-Kummissjoni u tal-Kulleġġ

Il-Kummissjoni hi mmexxija mill-President u tim ta’ 26 membru, li jinħatru għal perjodu ta’ 5 snin:

  • President: jistabbilixxi l-aġenda politika tal-Kummissjoni, jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni u jissorvelja l-ħidma tagħha, u jirrappreżentaha internazzjonalment.
  • Kummissarji: kull Stat Membru jinnomina Kummissarju wieħed, li jkun responsabbli għal qasam ta’ politika speċifiku (bħall-kummerċ, l-ambjent, jew il-finanzi) skont id-distribuzzjoni tal-portafolli stabbiliti mill-President. Xi Kummissarji jservu bħala Viċi Presidenti, imexxu proġetti prijoritarji jew jikkoordinaw l-isforzi fl-oqsma ta’ politika kollha.
  • Kulleġġ: Il-President u l-Kummissarji flimkien jiffurmaw il-Kulleġġ tal-Kummissarji.

Id-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod kollettiv mill-Kulleġġ tal-Kummissarji.

Rwol tal-President tal-Kummissjoni u tal-Kulleġġ

Il-Kummissjoni hi mmexxija mill-President u tim ta’ 26 membru, li jinħatru għal perjodu ta’ 5 snin.

  • President: jistabbilixxi l-aġenda politika tal-Kummissjoni, jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni u jissorvelja l-ħidma tagħha, u jirrappreżentaha internazzjonalment.
  • Kummissarji: kull Stat Membru jinnomina Kummissarju wieħed, li jkun responsabbli għal qasam ta’ politika speċifiku (bħall-kummerċ, l-ambjent, jew il-finanzi) skont id-distribuzzjoni tal-portafolli stabbiliti mill-President. Xi Kummissarji jservu bħala Viċi Presidenti, imexxu proġetti prijoritarji jew jikkoordinaw l-isforzi fl-oqsma ta’ politika kollha.
  • Kulleġġ: Il-President u l-Kummissarji flimkien jiffurmaw il-Kulleġġ tal-Kummissarji. Id-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod kollettiv mill-Kulleġġ tal-Kummissarji.

Id-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod kollettiv mill-Kulleġġ tal-Kummissarji.

Is-siġġu tal-President tal-President tal-Kummissjoni Ewropea

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea jdoqq qanpiena dan ifisser il-bidu tal-laqgħa ta’ kull ġimgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea jdoqq qanpiena dan ifisser il-bidu tal-laqgħa ta’ kull ġimgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji

Elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni u ħatra tal-Kulleġġ tal-Kummissarji

1

Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill Ewropew li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata
jipproponi lill-Parlament kandidat għall-President tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li jqis ir-riżultati tal-elezzjoni.

2

Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew b’maġġoranza
tal-membri komponenti tiegħu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni abbażi tal-proposta mill-Kunsill Ewropew

3

Kummissjoni Ewropea

Il-President elett tal-Kummissjoni, fuq suġġerimenti mill-Istati Membri u bi qbil mal-Kunsill, jadotta lista ta’ kandidati għall-Kummissarji u jiddetermina l-portafolli tagħhom. 

4

Parlament Ewropew

Il-Kummissarji nnominati jidhru f’seduti ta’ smigħ fil-Parlament.

5

Parlament Ewropew

Il-Kummissjoni kollha kemm hi mbagħad tiġi approvata f’votazzjoni unika ta’ approvazzjoni mill-Parlament. 

6

Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jaħtar formalment it-tmexxija l-ġdida tal-Kummissjoni. 

Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill Ewropew li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata jipproponi lill-Parlament kandidat għall-President tal-Kummissjoni, filwaqt li jqis ir-riżultati tal-elezzjoni.

Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu mbagħad jeleġġi l-President tal-Kummissjoni abbażi tal-proposta mill-Kunsill Ewropew.

Kummissjoni Ewropea

Il-President elett tal-Kummissjoni, fuq suġġerimenti mill-Istati Membri u bi qbil mal-Kunsill, jadotta lista ta’ kandidati għall-Kummissarji u jiddetermina l-portafolli tagħhom. 

Parlament Ewropew

Il-Kummissarji nnominati jidhru f’seduti ta’ smigħ fil-Parlament. 

Il-Kummissjoni kollha kemm hi mbagħad tiġi approvata f’votazzjoni unika ta’ approvazzjoni mill-Parlament. 

Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jaħtar formalment it-tmexxija l-ġdida tal-Kummissjoni.  

Wara l-ħatra tat-tmexxija tagħhom, il-Parlament, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jibdew jimplimentaw l-istrateġija politika ġenerali tal-UE.

Fil-bidu ta’ leġiżlatura ġdida, il-President tal-Kummissjoni jistabbilixxi l-Prijoritajiet Politiċi tal-Kummissjoni għall-mandat u jippreżentahom lill-Parlament. Dawn il-prijoritajiet huma bbażati fuq l-Aġenda Strateġika tal-Kunsill Ewropew u d-diskussjonijiet mal-gruppi politiċi tal-Parlament.

Matul il-mandat, f’Settembru l-President tal-Kummissjoni Ewropea jagħmel ukoll id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni lill-Parlament. Id-diskors iqis il-kisbiet tas-sena li għaddiet u jippreżenta l-prijoritajiet għas-sena li ġejja.