breadcrumb.ecName

Il-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta

Communications

Data: 23 sep 2021

Perjodu:

Tema: Structural Funds management and Governance

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, ġie stabbilit il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (JTM) biex l-ebda persuna u l-ebda reġjun ma jitħallew lura fit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima. Dan jinkludi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, JTF), li se jinvesti EUR 17,5 biljun fil-perjodu 2021-2027 fit-territorji l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima.

Ir-Regolament tal-JTF daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2021. L-Istati Membri diġà qed iħejju l-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta (territorial just transition plans, TJTP) tagħhom u l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni relatati, abbażi tal-Anness D tar-rapport tal-pajjiż tagħhom tas-Semestru Ewropew ta’ Frar 2020.

Dan id-dokument jesprimi l-fehma tas-servizzi tal-Kummissjoni u ma jimpenjax lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni.

Aktar informazzjoni