Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

mill-Professur Jan De Maeseneer, il-President tal-Panel Espert dwar il-Modi Effettivi ta’ Investiment fis-Saħħa, Professur tal-Mediċina tal-Familja u Kura tas-Saħħa Primarja, l-Università ta’ Ghent, il-Belġju

mill-Professur Jan De Maeseneer, il-President tal-Panel Espert dwar il-Modi Effettivi ta’ Investiment fis-Saħħa, Professur tal-Mediċina tal-Familja u Kura tas-Saħħa Primarja, l-Università ta’ Ghent, il-Belġju

Iċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea jistennew kura tas-saħħa ta' kwalità tajba, u fil-fatt, din ġiet imwiegħda lilhom fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa għandu jkun żgurat fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni u li l-azzjoni tal-UE għandha tikkomplementa lill-politiki nazzjonali u tinkuraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika filwaqt li jiġu rispettati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u t-twassil tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura medika. 

Mela, fil-prattika, kif tista' l-Kummissjoni tgħin sabiex dawn l-ideali jsiru realtajiet?   Parzjalment billi tistrieħ fuq il-parir espert biex tiżviluppa l-politiki tas-saħħa tagħha u tassisti lill-Istati Membri biex jagħmlu investimenti informati u responsabbli fis-saħħa, sabiex is-sistemi tas-saħħa tagħhom ikunu moderni, responsabbli u sostenibbli.

Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni waqqfet il-Panel Espert dwar modi effettivi ta’ investiment fis-Saħħa f’Lulju 2012, biex jipprovdi pariri xjentifiċi li ma jorbtux dwar kwistjonijiet marbuta mal-modernizzazzjoni, il-kapaċità ta’ rispons, u s-sostenibbiltà tas-sistema tas-saħħa.

Il-qasam ta' kompetenza tal-Panel Espert jinkludi l-kura primarja, il-kura fl-isptarijiet, il-farmaċewtiċi, ir-riċerka u u l-iżvilupp, il-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa, il-protezzjoni soċjali, il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri, l-ekonomiji tas-saħħa u s-Saħħa elettronika, u fl-ewwel ftit snin tal-eżistenza tiegħu ppubblika Opinjonijiet (ara n-News Fokus) li jappoġġjaw it-tfassil tal-politika dwar is-saħħa u l-kura tas-saħħa fil-KE u fl-Istati Membri.

Il-membri tal-panel huma esperti indipendenti minn madwar l-Ewropa kollha b’rikkezza ta' esperjenza u ta' għarfien ikkumbinati fis-settur tal-kura tas-saħħa. Magħżul minn ġabra ta' esperti kkwalifikati għall-aħħar wara sejħa miftuħa għal espressjoni ta' interess, id-diversità tat-12-il membru tal-Panel Espert u l-kisbiet professjonali u akkademiċi tagħhom tagħmel lill-Panel riżorsa imprezzabbli li ssaħħaħ il-konnessjoni bejn dawk li jfasslu l-politiki Ewropej u ċ-ċittadini Ewropej u tgħin biex l-ideali fi trattat jinbidlu f'realtajiet fil-ħajja tan-nies fl-UE kollha.

Expert Panel on Effective Ways of Investing in Health

Aktar dwar din it-tema