Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 151, IS 30 ta´ April 2015

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Ningħataw għajnuna Esperta biex nagħmlu investimenti effettivi fis-saħħa

mill-Professur Jan De Maeseneer, il-President tal-Panel Espert dwar il-Modi Effettivi ta’ Investiment fis-Saħħa, Professur tal-Mediċina tal-Familja u Kura tas-Saħħa Primarja, l-Università ta’ Ghent, il-Belġju

mill-Professur Jan De Maeseneer, il-President tal-Panel Espert dwar il-Modi Effettivi ta’ Investiment fis-Saħħa, Professur tal-Mediċina tal-Familja u Kura tas-Saħħa Primarja, l-Università ta’ Ghent, il-Belġju

Iċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea jistennew kura tas-saħħa ta' kwalità tajba, u fil-fatt, din ġiet imwiegħda lilhom fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa għandu jkun żgurat fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni u li l-azzjoni tal-UE għandha tikkomplementa lill-politiki nazzjonali u tinkuraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika filwaqt li jiġu rispettati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u t-twassil tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura med [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Netwerk Ewropew għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa – Azzjoni Konġunta 2

Inizjattiva għall-Governanza tas-Saħħa elettronika tal-Azzjoni Konġunta

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

L-isptarijiet - il-pazjenti jinsabu fir-riskju li jmutu bil-ġuħ? minn Eva Boburkova, rebbieħa nazzjonali 2011 għar-Repubblika Ċeka

L-Ewropa, bl-ambulanza, minn Elina Heino, rebbieħa nazzjonali 2012 għall-Finlandja

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Opinjoni dwar is-Cetylpyridinium chloride miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika sad-29 ta’ Mejju 2015  »

Jintlaqgħu kummenti dwar l-Opinjoni preliminari mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur dwar is-sikurezza tas-cetylpyridinium chloride, li jintuża bħala preżervattiv fil-kosmetika inklużi l-iggargarizar tal-ħalq, il-lozjonijiet għall-ġilda u d-deodorants.

L-istudju Euro-Peristat juri b'mod wiesa' r-rati differenti taċ-ċesarji fl-Ewropa  »

Ir-rati tas-sezzjoni taċ-ċesarji kellhom firxa minn 14.8% għal 52.2% tat-twelid kollu fl-Ewropa skont dan l-istudju, li jagħmel sejħa għal aktar riċerka dwar l-impatt tad-differenzi fil-linji gwida kliniċi, fis-sistemi tal-kura tas-saħħa u fil-finanzjament tagħhom u fl-attitudnijiet tal-ġenituri u tal-professjonisti lejn il-kura waqt it-twelid.

Il-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-użu ta’ poteri delegati għal prodotti mediċinali  »

Il-Kummissjoni ttrasmettiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-użu ta’ poteri delegati pprovduti mil-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE, li jwettaq l-obbligu legali li jirrikjedi lill-Kummissjoni biex tipprepara rapport ta' din ix-xorta kull ħames snin.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Approvata liġi biex jiġu offruti servizzi bla ħlas minn Tobba Ġeneralisti liċ-ċittadini l-aktar anzjani u lill-iżgħar ċittadini  [Iraq]  »

Bil-kundizzjoni li l-leġiżlazzjoni tgħaddi miż-żewġ kmamar tal-Oireachtas (il-Kmamar Parlamentari Irlandiżi), l-objettiv hu li jkun hemm servizz għal kulħadd minn Tobba Ġeneralisti għal dawk ’il fuq minn 70 sena sa din is-sena. Din hi pproponuta biex taħbat mal-introduzzjoni tas-servizz għal dawk taħt is-sitt snin.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Attwalment tinsab disponibbli CD tal-Kumitati Xjentifiċi indipendenti tal-2014 tal-Kummissjoni Ewropea  »

Din is-CD fiha l-opinjonijiet u l-memoranda tal-Kumitati Xjentifiċi tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur, is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali u r-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u Identifikati Reċentement fl-2014.

Dokument ta' Sfond wara t-Tkabbir tal-Ekonomija tal-Anzjani  »

Dan ir-rapport, maħluq b’mod konġunt minn tim minn Direttorati Ġenerali differenti fi ħdan il-Kummissjoni, jagħti ħarsa lejn kif tista’ tingħata spinta lill-investimenti, jiżdiedu l-innovazzjonijiet u jinħoloq vantaġġ kompetittiv għall-Ewropa. Hu jiddeskrivi wkoll stejjer ta' suċċess nazzjonali u fl-UE u oqsma potenzjali għal inizjattivi futuri tal-UE.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-MEPs tas-Saħħa jipproponu pjan għall-kura tas-saħħa aktar sikura  »

Din ir-riżoluzzjoni tal-Kumitat tas-Saħħa tissuġġerixxi miżuri biex titjieb is-sikurezza tal-pazjent, inklużi l-użu tal-antibijotiċi b’mod aktar prudenti u l-promozzjoni tal-innovazzjoni. L-MPE jinnotaw li bejn 8 u 12% tal-pazjenti fl-isptarijiet fl-UE huma vittmi ta’ avvenimenti avversi bħal infezzjonijiet marbuta mal-kura tas-saħħa.

Avvenimenti li ġejjin 

Jum Internazzjonali Aħsel Idejk – 5 ta’ Mejju  »

Salva l-Ħajjiet – Aħsel Idejk hu l-enfasi ta' dan l-avveniment, organizzat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Din hi sejħa annwali sabiex in-nies jiġu mfakkra, speċjalment il-ħaddiema tas-saħħa, li dan il-ġest sempliċi u bażiku jista' jsalva l-ħajja. Sib l-attivitajiet, vidjows u aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-avveniment.

It-Tielet Round Table dwar il-valutazzjoni tal-impatt dwar il-kriterji biex jiġu identifikati l-interferenti endokrinali (Brussell, 12 ta’ Mejju 2015)  »

Il-parteċipanti se jiġu ppreżentati b’informazzjoni dwar id-definizzjoni ta’ valutazzjoni tal-impatt, il-pjan direzzjonali u l-qafas regolatorju u se jingħataw aġġornamenti dwar il-konsultazzjoni pubblika, studji li għaddejjin bħalissa u l-passi li jmiss li għandhom jittieħdu.

Fl-edizzjoni li jmiss

Forza tax-Xogħol fil-Qasam tas-Saħħa

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk