Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Aħbarijiet 22/12/2016

Ħarġet il-ħarġa ta’ Diċembru tal-Aġenda Soċjali

Il-ħarġa ta’ Diċembru 2016 tal-magazin Aġenda Soċjali għandha x’taqsam ħafna mal-impatt li l-politika dwar l-impjiegi u l-politika soċjali tal-UE qed ikollu, konkretament, fost in-nies.

© Shutterstock.com / Daniel M Ernst

Fih artiklu speċjali li li jħares ‘il quddiem dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, minn sentejn sa tliet snin wara; kif ukoll artikli dwar l-ewwel riżultati tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għal Dawk l-Aktar fil-Bżonn; u kif il-ġbir tal-istatistika soċjali (b'mod speċjali dejta dwar il-familji) qed ikun modernizzat biex iwassal għal politika soċjali ibbażata aktar fuq l-evidenza.

Jispjega ukoll il-kuntest li fih twieldet l-idea ta’ Pilastru tad-Drittijiet Soċjali. wara konsultazzjonijiet pubbliċi u oħrajn fuq l-ewwel punti tal-Pilastru fl-2016, 2017 għandha tara l-adozzjoni tal-pjan għal proċess maħsub biex jissawru l-politika għas-snin li ġejjin.

Ixxerja din il-paġna