Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

FAQ - Klejms u formoli

Diġà żort il-paġna tagħna dwar it-talbiet u l-formoli?

Dokumenti portabbli (dawk li qabel kienu jissejħu E-formoli)

Id-dokumenti portabbli ħadu post l-E-formoli. Jinħarġu mill-istituzzjoni kompetenti tas-sigurtà soċjali fejn int assigurat.

Kull dokument hu għal persuna individwali (possibbilment jinkludi l-membri tal-familja) u fih isimhom u identifikaturi oħra. L-uffiċċju tas-sigurtà soċjali li joħroġ id-dokument jiffirmah u jittimbrah ukoll.

Dokument portabbli għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fih bandiera tal-UE fir-rokna ta' fuq tax-xellug, referenza għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fir-rokna ta' fuq tal-lemin, u l-indikazzjoni tal-istituzzjoni tal-ħruġ fil-qiegħ. L-unika eċċezzjoni hi l-Kard Ewropea għall-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa (EHIC). >> Żur il-paġni tagħna ddedikati għall-EHIC

Għandek tgħarraf immedjatament lill-uffiċċju tas-sigurtà soċjali li ħarġu u imxi mal-istruzzjonijiet li jagħtik. Dawn jistgħu jvarjaw skont il-pajjiż u skont it-tip ta' dokument. Bħala regola ġenerali, ma titlifx id-drittijiet iċċertifikati fid-dokument mitluf. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Kura tas-saħħa

Il-Kard Ewropea għall-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa (EHIC) hi dokument portabbli li juri li int intitolat għal kura tas-saħħa li jista' jkollok bżonn waqt żjara temporanja barra minn Malta, jiġifieri f'pajjiż ieħor minn dak li tgħix fih. Kull min hu kopert minn skema statutorja tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa f'wieħed mill-pajjiżi tal-UE, in-Norveġja, il-Liechtenstein, l-Iżlanda jew l-Iżvizzera għandu d-dritt għal EHIC.

Il-formola S1 tippermettilek tirreġistra għall-kura tas-saħħa jekk tgħix f'pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera iżda int assigurat f'pajjiż differenti minn dawn.

Tipikament dan hu l-każ ta' pensjonanti li jirtiraw barra minn pajjiżhom. Tista' tkun utli wkoll għall-membri tal-familja ta' ħaddiema migranti li baqgħu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom iżda li issa huma koperti mill-assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż fejn jaħdem il-membru tal-familja tiegħu.

Tikkorrispondi għall-formoli l-qodma E106, E109, E120 u E121.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Il-formola S2 tippermettilek turi d-dritt tiegħek għal kura medika ppjanata f'pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera. Trid tiksibha mill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa qabel ma titlaq imbagħad tissottomettiha lill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa fil-pajjiż fejn se tirċievi l-kura.

Il-kura tiġi pprovduta taħt l-istess kundizzjonijiet ta' kura u ta' pagament bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Dan jista' jfisser li jkollok tħallas perċentwal tal-ispejjeż bil-quddiem.

Tikkorrispondi għall-formola l-qadima E112.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Il-formola S3 tintitola lil dawk li kienu ħaddiema bejn il-fruntieri għal kura medika fil-pajjiż fejn kienu jaħdmu. Il-kura tista' tkun waħda ġdida jew segwitu ta' proċedura medika li bdiet qabel ma d-detentur waqaf jaħdem hemm.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol

Il-formola DA1 tintitolak għal kura medika taħt kundizzjonijiet riżervati għal każijiet ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard relatat max-xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liectenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera.

Tikkorrispondi għall-formola l-qadima E123.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Qgħad

Il-formola U1 tiċċertifika l-perjodi tiegħek ta' assigurazzjoni f'pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera biex jitqiesu fil-kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad.

Tista' tiksibha mis-servizz nazzjonali tal-qgħad tal-aħħar pajjiż/i fejn ħdimt u trid tissottomettiha lis-servizz nazzjonali tal-qgħad tal-pajjiż fejn tixtieq tapplika għall-benefiċċji.

Tikkorrispondi għall-formola l-qadima E301.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Il-formola U2 hi l-awtorizzazzjoni li tinħtieġ biex tesporta l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek. Tista' tiksibha mis-servizz nazzjonali tal-qgħad tal-pajjiż fejn spiċċajt bla xogħol u trid tissottomettiha lis-servizz nazzjonali tal-qgħad tal-pajjiż fejn tixtieq issib xogħol.

Tikkorrispondi għall-formola l-qadima E303.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Il-formola U3 hi twissija mill-istituzzjoni ospitanti fil-pajjiż fejn qed tfittex xogħol. Tfisser li din l-istituzzjoni wissiet lill-istituzzjoni fil-pajjiż li qed iħallas il-benefiċċji tal-qgħad tiegħek dwar il-fatt li s-sitwazzjoni tiegħek inbidlet u li dawn it-tibdiliet għandhom jitqiesu biex issir reviżjoni tal-pagamenti tal-benefiċċji tiegħek.

Il-U3 tintbagħat bħala twissija peress li l-benefiċċji tiegħek jistgħu jonqsu jew jitwaqqfu wara dan l-iskambju bejn l-istituzzjonijiet. Jekk tirċievi U3, x'aktarx ikollok tikkuntattja lill-istituzzjoni f'pajjiżek biex tivverifika jekk is-sitwazzjoni tiegħek hix se tinbidel.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Pensjonijiet

Issekondar

Il-formola A1 hi dikjarazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli. Hi utli f'każijiet fejn x'aktarx tintalab turi li tħallas kontribuzzjonijiet soċjali f'pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera.

Tipikament dan hu l-każ ta' ħaddiema ssekondati jew ta' persuni li jaħdmu f'iktar minn pajjiż wieħed fl-istess ħin. Tikkorrispondi għall-formoli l-qodma E101 u E103.>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

It-talbiet tiegħek

Skont ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, kull pajjiż għandu jagħżel korp ta' kollegament biex iwieġeb għat-talbiet ta' informazzjoni u għajnuna kemm minn istituzzjonijiet oħra u kemm miċ-ċittadini. >> Uża d-direttorju tagħna biex issib korp ta' kollegament

Kull pajjiż għandu l-iskadenzi u l-proċeduri tiegħu biex tagħmel appell għal deċiżjoni amministrattiva. Hu importanti ħafna li taġixxi mill-ewwel u tiżgura li tirrispetta dawn l-iskadenzi. Itlob parir mill-istituzzjonijiet nazzjonali tiegħek.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Jekk tgħix u ħdimt f'diversi pajjiżi tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, tista' titlob il-pensjoni tal-invalidità jew tax-xjuħija fil-pajjiż fejn tgħix, jekk kont assigurat hemm.

L-istituzzjoni hemmhekk tibgħat l-applikazzjoni lill-istituzzjoni kompetenti anke jekk din tinsab f'pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera. Id-data meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni titqies bħala d-data meta ġiet sottomessa lill-istituzzjoni t-tajba.

Talba għal pensjoni tax-xjuħija tista' tintbagħat lill-istituzzjoni tal-pajjiż fejn kont assigurat l-aħħar, jekk qatt ma kont assigurat fil-pajjiż fejn tgħix.

>> Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Id-dokumenti kollha relatati mal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali (jiġifieri E-formoli, Kard Ewropea tal-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa u Ċertifikati Proviżorji ta' Sostituzzjoni) maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-regoli ta' koordinazzjoni l-qodma jibqgħu validi sakemm jiskadu jew jiġu rtirati jew mibdula mill-istituzzjoni kompetenti.

Dawn jiġu kkunsidrati mill-istituzzjonijiet anke wara d-data tal-applikazzjoni tar-regolamenti l-ġodda dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali mmodernizzata fl-1 ta' Mejju 2010.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna