Proċedura ta’ Parteċipazzjoni

Proċedura ta’ Parteċipazzjoni

TIl-Premju għall-Ġurnalisti hu miftuħ għall-ġurnalisti tal-istampa, onlajn u vidjow mis-27 Stati Membri kollha tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja.

Għandek sal-15 ta' Ottubru sabiex tniżżel id-dokumenti. M’hemm l-ebda miżati ta’ parteċipazzjoni.

Ġurnalisti jistgħu jiġu nominati għal premju minn persuna oħra jew mill-organizzazzjoni tagħhom, iżda l-parteċipazzjoni se tkun aċċettata biss jekk il-ġurnalist jaqbel man-nomina.

Jekk jogħġbok aqra r-regoli tal-kompetizzjoni b’attenzjoni qabel ma tissottometti l-parteċipazzjoni tiegħek.

Biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni, inti trid tissottometti l-parteċipazzjoni tiegħek billi tuża l-proċedura ta’ parteċipazzjoni onlajn.