Nittrattaw il-faqar

Min jinsab f’riskju ta’ faqar u x’azzjoni qed tittieħed?

Kulħadd jista’ jesperjenza l-faqar f’xi żmien fil-ħajja tiegħu jew tagħha. Madankollu ċerti gruppi ta’ persuni jinsabu aktar f’riskju ta’ faqar bħal familji bit-tfal – b’mod partikolari familji kbar u familji b’ġenitur wieħed – persuni anzjani, persuni b’diżabilità u l-immigranti. Fil-kategoriji kollha, in-nisa huma aktar milquta mill-irġiel.

Il-mod kif il-faqar jolqot lill-persuni għandu ħafna aspetti u jmur id f’id mal-inklużjoni soċjali. B’żjieda mal-problemi magħrufa bħal djar li mhux adattati għall-għajxien, jew nuqqas ta’ djar, persuni li huma fqar jistgħu jsofru wkoll:

  • Nuqqas ta’ saħħa u nuqqas ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa
  • Nuqqas ta’ aċċess għall-edukazzjoni, taħriġ u attivitajiet ta’ ħin ħieles
  • Esklużjoni finanzjarja u dejn sproporzjonat
  • Aċċess limitat għat-teknoloġija moderna, bħall-Internet.

Biex titratta dawn u kwistjonijiet oħra relatati, l-UE tipprovdi qafas li permezz tiegħu Stati Membri jiżviluppaw il-prijoritajiet u l-istrateġiji tagħhom. Dan il-qafas jikkunsidra n-natura multidimensjonali tal-faqar waqt li jiffoka attenzjoni partikolari fuq li ġej:

  • Eliminazzjoni tal-faqar tat-tfal u faqar fil-familji
  • Faċilitazzjoni ta’ aċċess għas-swieq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ
  • Rebħ tad-diskriminazzjoni u trattar ta’ aspetti tas-sessi u aspetti ta’ età tal-faqar
  • Ġlieda kontra l-esklużjoni finanzjarja u d-dejn sproporzjonat
  • Ġlieda kontra l-faqar ta’ akkomodazzjoni u l-esklużjoni tal-akkomodazzjoni
  • Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali tal-gruppi vulnerabbli

Fatti u figuri dwar il-faqar fl-UE en
Indikaturi ewlenin għal kull pajjiż PDF en

Il-faqar tat-tfal

Madwar 19-il miljun tfal jgħixu fil-faqar madwar l-UE. Tfal li jikbru fi djar fqar għandhom aktar probabbilità li jibqgħu maqbuda fil-faqar għall-bqija ta’ ħajjithom, kif jista’ jgħodd għat-tfal taghom.

Tfal li jgħixu fil-faqar jiffaċċjaw numru ta’ diffikultajiet marbuta flimkien inkluż faqar ta' akkomodazzjoni u kura tas-saħħa, opportunitajiet edukattivi limitati u nuqqas ta’ ikel u ħwejjeġ tajbin.

Fl-2006, il-Kunsill Ewropew poġġa l-eliminazzjoni tal-faqar tat-tfal fil-quċċata tal-aġenda politika tal-UE. Bħala riżultat, il-gvernijiet ta’ Stati Membri kkommettew li jiżviluppaw approċċi strateġiċi fuq żmien twil biex jilqgħu u jeliminaw il-faqar tat-tfal billi jħaddnu sensiela wiesgħa ta’ politiki soċjali, kulturali u ekonomiċi.

Aktar informazzjoni en fr de

Bidu tal-paġna

In-nuqqas ta’ djar

L-aċċess għall-akkomodazzjoni hu dritt fundamentali u kulħadd għandu jkollu saqaf protett u mingħajr periklu fuq rasu. Madankollu, eluf ta’ Ewropej m’għandhomx post tagħhom.

Persuni jistgħu jisfaw mingħajr djar għal numru ta’ raġunijiet, minn telf ta’ impjieg sa ħrieb minn vjolenza domestika. Ukoll, ħafna persuni li jgħixu fit-triq jinsabu f’riskju ta’ sofferenzi minn mard mentali jew minħabba vizzji tad-droga jew xorb. Persuni li m’għandhomx sqaf taħt rashom huma fost l-aktar persuni esklużi u vulnerabbli fis-soċjetà.

Minbarra nuqqas ta’ djar, il-privazzjoni minn akkomodazzjoni jew l-qsim eċċessiv tal-valur tal-akkomodazzjoni fil-baġit tal-individwi jista’ jwassal għal aktar esklużjoni soċjali.

Sforzi ta’ prevenzjoni kontra l-ġlieda ta’ nuqqas ta’ djar u l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni huma ċ-ċentru tal-Istrateġija għall-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali tal-UE, li timmira li tikkoordina l-azzjonijiet ta' Stati Membri u tinkoraġġixxi l-qsim tal-aqwa prattiċi.

Ix-xogħol hu kontinwu biex jiġu stabbiliti definizzjonijiet komuni ta’ nuqqas ta’ djar, u biex jiġu żviluppati indikaturi. Billi niksbu aktar għarfien dwar dan is-suġġett u l-kuntest tiegħu, għodda aħjar tista’ tkun żviluppata għall-ġlieda kontra n-nuqqas ta’ djar u l-esklużjoni soċjali. Dawn l-għodod għandhom jappoġġjaw l-UE u l-Istati Membri tagħha fil-ħolqien ta’ politiki aktar effettivi li jgħinu persuni mingħajr djar.

Aktar informazzjoni en fr de

Bidu tal-paġna

Gruppi vulnerabbli

Ċerti gruppi tal-popolazzjoni jinsabu aktar f’riskju li jaqgħu fil-faqar u l-esklużjoni soċjali, bħal familji bit-tfal – b’mod partikolari familji kbar u familji b’ġenitur wieħed – persuni anzjani, persuni b’diżabilità u immigranti.

 

L-UE trid tifhem aħjar għalfejn dawn il-gruppi huma ta' spiss affettwati mill-faqar u kif aħjar jiġu nklużi fis-soċjetà. Oġġettivi u indikaturi komuni huma neċessarji biex ikun hemm għarfien ċar tal-problema. Il-miżuri adottati mill-UE huma varji daqs il-problemi li jiffaċċjaw dawn il-gruppi.

Il-mira hi li titjib is-sitwazzjoni ta’ dawn il-gruppi permezz ta’:

  • Appoġġ tal-integrazzjoni tal-immigranti u minoritajiet etniċi fis-suq tax-xogħol
  • Promozzjoni tal-impjiegi għall-persuni b’diżabilità
  • Teħid ta' miżuri għat-trattament ugwali kontra l-ġlieda tad-diskriminazzjoni

Aktar informazzjoni en fr de

Bidu tal-paġna

Esklużjoni finanzjarja

Illum, aktar Ewropej – speċjalment dawk li qed jesperjenzaw il-faqar – m’għandhomx aċċess għas-servizzi finanzjarji bħall-kontijiet ta’ depożitu u ta’ transazzjoni. Huma jsibuha diffiċli wkoll li jkollhom tifdil, kreditu, assigurazzjoni u servizzi ta’ ħlas.

L-aċċess għas-servizzi finanzjarji hu essenzjali għaċ-ċittadini ħalli jintegraw ekonomikament u soċjalment fis-soċjetà tal-lum. Hi wkoll kondizzjoni mitluba għall-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku, it-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

F’ċertu ċirkostanzi, il-persuni li jiddependu mill-karità huma miżmuna milli jkollhom kont bankarju, li jwassal għal aktar esklużjoni finanzjarja. Biex issolvi dawn il-kwistjonijiet, l-UE qed tikkoordina l-politika u azzjonijiet oħra bejn il-partijiet interessati u l-gvernijiet tal-Istati Membri.

Fl-2009, il-Kummissjoni Ewropea nediet żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi fi sforz li ddaħħal regoli li jiżguraw li ħafna persuni jista’ jkollhom aċċess għal kont bażiku bankarju:

  • Inklużjoni finanzjarja en fr de
  • Teħid u ogħti ta’ self responsabbli en fr de

Il-miżuri meħuda jiffukaw fuq l-appoġġ għas-servizzi ta’ pariri dwar dejn kif ukoll programmi informattivi u edukattivi.

Aktar informazzjoni en fr de

Bidu tal-paġna

Suq tax-xogħol inklussiv

L-impjiegi ta’ kwalità tajba huma l-aktar fattur importanti li joħorġu lill-persuni ’l barra mill-faqar u jinkoraġġixxu l-inklużjoni soċjali.

Il-problema hi li l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà - bħal ġenituri waħedhom, l-immigranti, il-persuni anzjani, iż-żgħażagħ, dawk b'kwalifiki baxxi u persuni b'diżabilità - huma ġeneralment l-inqas probabbli li jsibu mpjieg sod u dejjiemil. Huma wkoll l-aktar probabbli li jkunu affettwati mit-tnaqqis ekonomiku, bħal dak li qed tiffaċċja l-Ewropa fil-preżent.

L-UE għandha sensiela ta’ għodda ta’ politika u ta’ finanzjament għad-dispożizzjoni tagħha għat-titjib tal-prospetti tal-impjiegi tal-gruppi esklużi soċjalment. Bħala eżempju, l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi tiffoka fuq li tiżviluppa mpjiegi aktar u aħjar għall-Ewropej kollha. Sadanittant il-Fond Soċjali Ewropew u programmi oħra tal-UE jipprovdu finanzjament għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-appoġġ fil-post tax-xogħol speċifikament għall-persuni vulnerabbli biex isibu jew iżommu l-impjiegi.

Aktar informazzjoni

Bidu tal-paġna

Inklużjoni attiva

Permezz ta’ sforz kollettiv biex jingħeleb il-faqar u l-esklużjoni soċjali, l-UE qed tinkoraġġixxi Stati Membri ħalli jiżviluppaw politiki ta’ inklużjoni attiva. L-inklużjoni attiva tiffoka fuq li ġġib ħafna persuni possibbli fid-dinja tax-xogħol, waqt li tiżgura li dawk li ma jistgħux jidħlu fis-suq tax-xogħol jingħataw appoġġ prattiku ħalli jkollhom ħajja b’sinifikat.

L-inklużjoni attiva għandha tliet prinċipji komuni:

  • Għoti ta’ appoġġ ta’ dħul xieraq biex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali
  • Għajnuna lil dawk li jistgħu jaħdmu biex jidħlu u jibqgħu f'impjieg permezz tas-swieq tax-xogħol inklussivi
  • Titjib tal-aċċess ta' servizzi soċjali ta' kwalità, bħal appoġġ għall-akkomodazzjoni, servizzi tas-saħħa u l-indukrar tat-tfal

L-UE se tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ inklużjoni attiva billi tikkoordina azzjoni fost l-Ewropa u billi tgħin Stati Membri jitgħallmu minn xulxin.

Aktar informazzjoni en fr de

Bidu tal-paġna