Madwar 84 miljun Ewropew jgħixu f’riskju ta’ faqar, li jfisser li huma jiffaċċjaw nuqqas ta’ sigurtà, u jgħaddu mingħajr dak li ħafna persuni jieħduh bħala drawwa.
Li tgħix fil-faqar jista’ jirriżulta f’varjetà ta’ problemi, min għax ma jkollux flus biżżejjed biex jixtri l-ikel u l-ħwejjeġ għal tbatija minn kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni f’postijiet mhux tant deċenti u nuqqas ta’ djar. Il-faqar ifisser ukoll li jkollok tfendi b'għażliet ta' stil ta' ħajja limitati li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni soċjali.
Ispirata mill-prinċipju ta’ twaqqif tagħha tas-solidarjetà, l-Unjoni Ewropea ngħaqdet flimkien mal-Istati Membri tagħha biex tagħmel l-2010 is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali. L-oġġettivi ewlenin huma li tqajjem kuxjenza pubblika dwar dawn il-kwistjonijiet u ġġedded l-impenn politiku tal-UE u l-Istati Membri tagħha kontra l-ġlieda tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.
Il-prinċipju li jmexxi s-Sena 2010 hu li jagħti vuċi għat-tħassib tal-persuni li jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni soċjali, u li jispira kull ċittadin Ewropew u partijiet oħra interessati biex jieħdu sehem f’dawn il-kwistjonijiet importanti.
Din is-Sena għandha l-għan ukoll li tisfida l-istereotipi u l-perċezzjonijiet kollettivi tal-faqar. Bl-użu effettiv tal-prinċipji ta’ solidarjetà u sħubija tal-UE, l-2010 tirrappreżenta sejħa ċara ħalli nitrattaw il-kawżi tal-faqar b’mod dirett fl-attentat li niżguraw li kulħadd jista’ jkollu rwol sħiħ u attiv fis-soċjetà.
L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali se jingħaqdu mal-pajjiżi parteċipanti u l-Kummissjoni Ewropea biex jorganizzaw serje ta’ attivitajiet matul l-2010.
F’Jannar u Diċembru se jsiru żewġ konferenzi fuq livell Ewropew; inizjattivà tal-arti se tibni pont bejn persuni li qed jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali u d-dinja kreattiva; waqt li jiem ta’ taħriġ speċjali se jagħtu lill-midja u min jieħu d-deċiżjonijiet għarfien ġdid f’dawn is-suġġetti kumplessi.
Attivitajiet nazzjonali u lokali se jsiru f’kull Stat Membru tal-UE, flimkien man-Norveġja u l-Iżlanda. L-attivitajiet se jinkludu kampanji biex iqajjmu kuxjenza, werkxops u seminars ta’ informazzjoni fl-iskejjel. Films, rivisti u materjal informattiv ieħor se jkun magħmul biex jgħin lill-persuni jifhmu kif il-faqar u l-esklużjoni soċjali jaffettwaw il-komunitajiet tagħhom, u għal dawk affettwati direttament, tiżdied il-kuxjenza tad-drittijiet tagħhom.
Flimkien ma’ persuni pubbliċi, il-persuni li qed jesperjenzaw il-faqar se jaġixxu bħala ambaxxaturi tal-kampanja, li se jgħinu biex titqajjem viżibilità u kredibilità għall-attivitajiet tas-Sena u jistiednu oħrajn biex jinvolvu ruħhom.
Qafas legali għas-Sena Ewropea 2010
Sfond ta’ informazzjoni
Figuri dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea
Inti trid tipparteċipa attivament fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u tieħu sehem fil-kampanja Ewropea?
AktarKulħadd jista’ jesperjenza l-faqar f’xi żmien fil-ħajja tiegħu jew tagħha. Madankollu ċerti gruppi ta’ persuni jinsabu aktar f’riskju ta’ faqar bħal familji bit-tfal – b’mod partikolari familji kbar u familji b’ġenitur wieħed – persuni anzjani, persuni b’diżabilità u l-immigranti.
AktarHawn ser issib kwoti mill-Ambaxxaturi, mis-soċjeta’ ċivili u min-nies li qed jesperjenzaw il-faqar.
AktarHawn ser issib informazzjoni dwar il-pajjiżi li qed jipparteċipaw fis-Sena Ewropea. Hemm 29 pajjiż: is-27 Stati Membri kif ukoll l-Iżlanda u n-Norveġja. Ser ikunu strumentali fl-implimentazzjoni tas-Sena fuq livell nazzjonali.
Aktar