L-istrateġija inklussiva tal-UE tinkoraġġixxi Stati Membri biex jikkoordinaw l-approċċi tagħhom fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex ipoġġuha fil-quċċata tal-aġenda politika tagħhom.
Għall-attivitajiet organizzati fil-qafas tas-Sena Ewropea 2010, sejħiet għall-proposti qed ikunu ppubblikati f’kull pajjiż parteċipant. Mhux se jingħata l-ebda sussidji direttament mill-Kummissjoni Ewropea.
L-Unjoni Ewropea tappoġġja finanzjarjament l-inizjattivi kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali permezz ta’ tliet strumenti ewlenin ta' finanzjament:
Il-Fond Soċjali Ewropew hu ddedikat biex jappoġġja l-impjiegi u jżid il-livell ta' għajxien fl-UE. Il-prinċipju li jmexxih hu investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ.
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jappoġġja persuni li tilfu l-impjieg tagħhom b’riżultat tal-globalizzazzjoni.
PROGRESS hu programm tal-impjiegi u solidarjetà soċjali tal-UE. L-għan tiegħu hu li jinkoraġġixxi titjib fl-oqsma li ġejjin: