Paġna ewlenija

Paġna ewlenija

Inti student tal-arti?

Inti tgħix fl-Ewropa?

Inti trid tagħmel l-arti tiegħek disponibbli għal persuna li qed tesperjenza faqar?

Mela aħna neħtieġuk!

Jekk inti interessat fi kwistjonijiet soċjali kurrenti, konxju mill-ġlieda kontra l-faqar, lest għal avventura umana, dan il-proġett hu għalik! Ħu sehem fil-Proġett tas-Sieħeb tal-Arti tagħna għal studenti tal-fotografija u persuni li qed jesperjenzaw faqar! It-tema ta’ dan il-proġett Ewropew flimkien ma’ esibizzjoni tar-ritratti hi (IN)VISIBLE ((IN)VIŻIBBLI). Toqgħodx tistenna! L-aħħar ġurnata għad-dħul hija l-24 ta' Settembru 2020.

X’inhu?

Il-Proġett tas-Sieħeb tal-Arti hu wieħed mill-attivitajiet ewlenin tas-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali.

Għaliex?

L-Arti ma tistax teqred il-faqar imma tista’ tagħti dinjità u fiduċja lura lill-persuni. Tista’ tgħin biex jinħolqu mill-ġdid relazzjonijiet soċjali. Għixien f’ċirkostanzi prekarji jimbotta persuni biex jiffokaw fuq il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom. Ma hemm ebda spazju għal attivitajiet kulturali. Imma meta persuna hi eskluża mill-kultura, huma jiġu mwarrba lejn il-marġni tas-soċjetà. Billi tieħu sehem f’proġett tal-arti, billi toħloq, huma jistgħu jħossuhom aktar integrati fis-soċjetà. Azzjoni kulturali tagħmel il-persuni joħorġu bħala bnedmin mingħajr ma huma jiġu mċekkna għal suġġetti soċjali. Din tgħaddi identità li tħalli persuni jaħarbu mill-mistħija, sors ta’ iżolament.

Għal min hu dan?

Triji – student tal-arti, persuna li qed tesperjenza faqar u ONG (organizzazzjoni non-governattiva) ser jinħolqu f’kull Stat Membru. L-imsieħba tal-ONG ser joħolqu relazzjoni bejn l-istudent u l-persuna li qed tesperjenza faqar u ser tiffaċilita l-ewwel laqgħa tagħhom u segwitu. Wara, dan id-dwett, l-istudent u l-persuna li qed tesperjenza faqar, matul il-laqgħat tagħhom, ser joqgħodu wara kamera u jiġbdu xi ritratti. B’dan il-mod ir-ritratti ser ikunu verament maħluqa flimkien.

Kumitat artistiku se jagħżel madwar 50 ritratt li ser jiġu esibiti.

Kif?

Ir-ritratti kollha (li jissodisfaw il-kriterju ta’ għażla) ser ikunu jistgħu jidhru fuq dan is-sit u wkoll f’esibizzjoni ta’ madwar 50 ritratt fi Brussell fit-tmiem ta’ Novembru 2010. Ir-ritratti kollha ser ikunu ffirmati flimkien mad-dwett. Jekk jintgħażel ir-ritratt, id-dwett ser jiggwadanja viżibilità fuq livell Ewropew u ser jirċievi ċertifikat ta’ parteċipazzjoni, il-katologu tal-esibizzjoni u kartolini stampati bir-ritratt.