It-tielet rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE

Reports

Data: 25 sep 2020

Perjodu: 2014-2020

Tema: EU Strategy for the Baltic Sea Region, EU Strategy for the Danube Region, Cooperation between regions and countries, EU Strategy for the Adriatic and Ionian Region, Structural Funds management and Governance, EU Strategy for the Alpine Region

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

L-istrateġiji makroreġjonali tal-UE (“MRS”) huma oqfsa tal-politika mibdija minn pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE li jinsabu f’żona ġeografika definita biex jindirizzaw flimkien l-isfidi u l-opportunitajiet li għandhom komuni permezz tal-istabbiliment ta’ objettivi kondiviżi u fit-tul.

L-erba’ MRS jinvolvu 19-il pajjiż tal-UE u disa’ pajjiżi mhux tal-UE. Dawn huma:

  • l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (EUSBSR, 2009);
  • l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju (EUSDR, 2011);
  • l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR, 2014); u
  • l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Alpi (EUSALP, 2016).

Mill-2016, kif miftiehem mal-Kunsill, il-Kummissjoni ppubblikat rapport kull sentejn dwar l-implimentazzjoni tal-erba’ MRS. Dan huwa t-tielet wieħed minn dawn ir-rapporti, u jkopri l-perjodu minn nofs l-2018 sa nofs l-2020. Huwa jivvaluta s-sitwazzjoni attwali u l-progress fl-implimentazzjoni tal-MRS u jeżamina l-modi possibbli ’l quddiem. Huwa kkumplimentat minn dokument ta’ ħidma tal-persunal (SWD) li jipprovdi aktar dettalji dwar kull MRS. Iż-żewġ dokumenti huma bbażati fuq kontribuzzjonijiet mill-koordinaturi nazzjonali u tematiċi tal-MRS (“implimentaturi ewlenin tal-MRS”) u minn esperti.

Dan ir-rapport qed jiġi ppubblikat fi żmien meta l-kriżi kkawżata mill-pandemija bla preċedent tal-COVID-19 qed ikollha impatti ekonomiċi, fiskali u soċjali serji fuq is-soċjetà Ewropea. Il-Kummissjoni rreaġixxiet malajr billi pproponiet miżuri immedjati (pereżempju CRII u CRII+) u proposti estensivi għal żmien qasir sa medju, inkluż l-istrument għall-irkupru Next Generation EU. Fil-21 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill Ewropew laħaq ftehim dwar il-Next Generation EU.

Hekk kif il-proposti ġew adottati mill-Kummissjoni, l-implimentaturi ewlenin tal-MRS ħadmu biex jidentifikaw il-mezzi xierqa għall-istrateġiji biex jgħinu lill-pajjiżi parteċipanti jirrispondu għall-kriżi. L-MRS jipprovdu qafas ta’ kooperazzjoni lest u operazzjonali biex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-azzjonijiet, l-investimenti u l-proġetti fit-territorji tagħhom. L-MRS huma transsettorjali, jinkludu lill-partijiet ikkonċernati u jinvolvu livelli differenti ta’ governanza. Dawn il-karatteristiċi kollha jistgħu jkunu ta’ importanza ewlenija fit-twettiq tal-prijoritajiet tal-UE bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija Diġitali Ewropea, “Ekonomija għas-servizz tan-nies”  u “Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja”.

L-iskop ta’ dan ir-rapport jinqasam fi tnejn. L-ewwel nett, huwa jieħu nota tal-progress dwar l-MRS u jistabbilixxi l-aspettattivi għal aktar titjib. It-tieni nett, jesplora l-iżvilupp possibbli tal-MRS wara-l-kriżi tal-COVID-19, bil-għan li jiġi żgurat irkupru ekonomiku sostenibbli, kompetittiv u soċjalment inklużiv. F’dak ir-rigward, ir-rapport jivvaluta r-rwol tal-MRS fit-twettiq tal-prijoritajiet il-ġodda tal-UE għal futur ekoloġiku, diġitali u reżiljenti.