breadcrumb.ecName

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Socjali u Ekonomiku Ewropew u Lillkumitat tar-Regjuni: L-Istrategija tal-Unjoni Ewropea ghar-regjun tad-Danubju

Communications

Data: 08 dec 2010

Perjodu: 2007-2013

Tema: Business support, Culture, Energy, Environment, EU Strategy for the Danube Region, Tourism, Transport, Social inclusion, Jobs, Education and Training

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Ir-reġjun tad-Danubju nbidel b'mod drammatiku. Aktar reċentement, kien hemm il-mewġiet tat-tkabbir tal-UE tal-2004 u tal-2007. Il-baċir tax-xmara l-aktar internazzjonali fid-dinja huwa issa prinċipalment spazju tal-Unjoni Ewropea (UE). Hemm opportunitajiet ġodda biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-potenzjal tiegħu, speċjalment biex jiġu rinfurzati l-effetti tiegħu biextingħeleb il-kriżi ekonomika b'mod sostenibbli. L-iżvilupp soċjo-ekonomiku, ilkompetittività, l-amministrazzjoni ambjentali u t-tkabbir effiċjenti fl-użu tar-riżorsi jistgħu jittejbu, u s-sigurtà u l-kurituri tat-trasport jistgħu jiġu modernizzati. Id-Danubju jista' jiftaħ l-UE lill-ġirien viċin tiegħu, ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-Asja Ċentrali. Strateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju tista' tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-UE, waqt li tirrinforza inizjattivi maġġuri tal-politika tal-UE, speċjalment l-istrateġija Ewropa 2020.Ir-Reġjun tad-Danubju huwa żona funzjonali definita mill-baċir tax-xmara tagħha. Korpi ta'kooperazzjoni bħalma huma il-Kummissjoni tad-Danubju u l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tax-Xmara Danubju jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi. L-Istrateġija twessa'dan l-approċċ biex tindirizza l-prijoritajiet b'mod integrat. Ġeografikament din tikkonċernaprimarjament imma mhux esklussivament: il-Ġermanja (Baden-Württemberg u l-Bavarja), l-Awstrija, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovenja, ir-Rumanija u l-Bulgarija ġewwa l-UE, il-Kroazja, is-Serbja, il-Bożnija u Ħerżegovina, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina (ir-reġjuni tul id-Danubju) barra. L-Istrateġija tibqa'miftuħa għal imsieħba oħrajn fir-Reġjun. Peress li d-Danubju jiskorri fil-Baħar l-Iswed,għandu jkun koerenti mal-perspettivi tal-Baħar l-Iswed. B'aktar minn 100 miljun persuna, u għoxrin fil-mija tas-superfiċje tal-UE, iż-żona hija vitali għall-Ewropa.